17508. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16617, jista’ l-Ministru jara li anke jekk il-frott tas-siġar taċ-ċitru li hemm fi Ġnien Dante Aligheri, il-Furjana huwa tal-bakkaljaw, jistgħux jinġabru u jiġu użati, jekk mhux mill-entità non-governattiva msemmija fl-istess tweġiba, minn oħra, għax hija ħasra li jintremew?
15/03/2024
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana li
din il-materja, flimkien ma’ oħrajn ser tkun diskussa mal-kuntrattur il-ġdid li
beda bil-ħidma tiegħu fl-1 ta’ April 2024.
Seduta 228
09/04/2024
No comments:
Post a Comment