18029. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?
03/04/2024
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li
rċieva madwar 252 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. L-aktar rilevanti
fosthom kienu r-rimi ta’ terrapien u skart ieħor, bozoz maqtugħin, manteniment
ta’ toroq u bankini, tneħħija t’annimali mejta u ġbir tal-iskart.
Seduta 232
17/04/2024
No comments:
Post a Comment