18031. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali tal-Fgura matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?
03/04/2024
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li rċieva 960 ilment u 20 suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti l-iktar relevanti kien hemm l-ifriskar ta’ sinjali, twaħħil ta’ tabelli, tarmac kiesaħ għal toqob fit-toroq, qtugħ ta’ ħaxix ħażin, manutenzjoni minuri tal-bandli u ġonna.
Seduta 232
17/04/2024
No comments:
Post a Comment