16.1.24

VETTURI “Y-PLATE” - SPEZZJONIJIET MINN UFFIĊJALI TA’ TRANSPORT MALTA

14480. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12973, jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex qed isiru spezzjonijiet tal-ambjent u l-kundizzjonijiet ta’ ġewwa l-vetturi fejn jitilgħu l-passiġġieri?

 

03/01/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi uffiċjali ta’ Transport Malta regolarment jispezzjonaw vetturi tal-kategorija msemmija sabiex jiżguraw li jkunu miżmuma fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni. Tali spezzjonijiet jinkludi l-kundizzjonijiet ta’ ġewwa l-vetturi. Infatti matul il-perjodu tal-festi, Transport Malta saħansitra ikkonfiskat n-numru ta’reġistrazzjoni ta’ vettura ta’ din il-kategorija peress li l-interjuri ta’ din il vettura ma kienx fi stat tajjeb.

 

Seduta  194

15/01/2024

No comments:

MCLUHAN MHUWIEX BAUMAN

1. Nifhem li dak li nikteb jaf ikun skomdu. Niskuża ruħi, u ngħid li mhuwiex intenzjonat għal hekk imma sabiex jingħad dak li naħseb l...