14498. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati delitti tul is-sena 2023 fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid, u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?
03/01/2024
ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi matul is-sena 2023 in-numru ta’ rapporti ta’ delitti rreġistrati mal-pulizija għal lokalità ta’ Raħal Ġdid, kienu ta’ erba’ mija u ħmistax (415). Minn dawn mija u sebgħa u għoxrin (127) rapport kienu dwar serq.
Seduta 197
22/01/2024
No comments:
Post a Comment