14458. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ser isir ix-xogħol neċessarju fi Triq Santa Katarina ġewwa Marsaxlokk peress illi għandha bżonn u hija użata sew?
03/01/2024
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma
lill-Onor. Interpellant li Triq Santa Katerina hija fost il-lista ta’ toroq li
l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq
xogħlijiet fihom. Ix-xogħlijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid,
ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u
s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq
u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li
l-Kunsill Lokali ppropona.
Seduta 194
15/01/2024
No comments:
Post a Comment