9415. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara li l-proġett tar-restawr tal-faċċata tal-Knisja ta’ Santa Ubaldeska, f’Raħal Ġdid, isir tul din is-sena u jekk le, jgħid għaliex ma jistax isir?
31/05/2023
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab
infurmat mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni li hemm lista ta’
proġetti oħrajn li jieħdu preċedenza fil-prijorità.
Madankollu mhux eskluż li tittieħed azzjoni li titqies meħtieġa
fiċ-ċirkostanzi.
Seduta 131
06/06/2023
No comments:
Post a Comment