15.6.23

KATAKOMBI TA’ GĦAR GĦERDUF (KERĊEM TOMBS)

9424. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3369, jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol li kellu jsir f’Kerċem Tombs (Katakombi ta’ Għar Għerduf) sarux, sabiex tibda l-ħidma arkeoloġika?

 

31/05/2023

 

ONOR. CLINT CAMILLERI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li saru studji preliminari fuq is-sit tal-Katakombi ta’ Għar Gerduf, ġie stabbilit li minħabba l-fraġilità u xi kunsenturi li nstabu fis-sisien u s-saqaf tal-għar, għandhom isiru investigazzjonijiet aktar profondi fuq it-tessut u t-terren tal-madwar. Għal dan il-għan,  f'dawn l-aħħar xhur ġie preparat u evalwat tender (SPD3/2023/010 – Award Notice; 15 ta’ Mejju 2023) għall-provista’ ta’ studju xjentifiku tal-istat ġeoloġiku u jirrakkomanda miżuri ta’ konsolidament tal-blat li jifforma l-Katakombi ta’ Għar Gerduf bl-aħjar interventi u possibbilment reversibbli li jirrispettaw u jħarsu s-sensittività ta’ dan il-post storiku f’Għawdex. L-istess tender jaħseb ukoll biex ifassal pjan metodoloġiku għall-iskavar arkeoloġiku meħtieġ, mingħajr ma jikkomprometti l-istess struttura jew b’xi mod ikun ta’ periklu għall-ħaddiema involuti fl-istess proċess. Dan kollu qed isir b’kollaborazzjoni u f’kunsultazzjoni sħiħa mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.

 

Seduta  132

12/06/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...