6.6.23

ĦAMRUN – FAĊILITAJIET SANITARJI FIL-KUMPLESS ĠDID TAL-HANDBALL

9170. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8714 u jgħid meta se jkunu lesti l-faċilitajiet sanitarji fil-kumpless il-ġdid tal-Handball fil-Ħamrun? Jista’ jgħid ukoll meta se jinbnew l'hekk imsejħin changing rooms għall-atleti u meta se tibda taħdem l-iscore board?

 

25/05/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-kumpless sportiv ta’ Maria Assunta fil-Ħamrun diġà hemm faċilitajiet sanitarji. Bl-istess mod li fl-aħħar snin ingħatat dehra ġdida permezz ta’ servizzi ta’ faċilitajiet ġodda, l-istess se jibqa’ jsir.

 

Seduta  130

05/06/2023

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...