9426. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3483, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tar-riġenerazzjoni tal-pjazza u z-zuntier quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Tarxien u jgħid jekk il-proċess ta’ konsultazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali huwiex magħluq?
31/05/2023
ONOR. AARON FARRUGIA: Ninforma lill-Onor.
Interpellant li l-konsultazzjoni preliminari saret però mhix konkluża u terġa'
ssir konsultazzjoni li timxi pari passu mal-istadji differenti tal-proġett.
Il-konsultazzjoni ma’ xi entitajiet pubbliċi għadha għaddejja, kif ukoll għadu
għaddej il-proċess tad-disinn.
Seduta 133
No comments:
Post a Comment