7.7.15

PERSUNI MRESSQA L-QORTI – REATI KRIMINALI





17148. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu l-Qorti pulizija akkużati b’reati kriminali (kumpilazzjonijiet) tul is-sena 2014? Jista’ jgħid b’liema reati ġew akkużati?

16/06/2015

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul is-sena 2014, kien hemm ħames (5) uffiċjali tal-Pulizija li tressqu b’kumpilazzjoni l-Qorti.  Dawn kienu akkużati b’dawn ir-reati:
1.             Sewqan traskurat u perikoluż
2.             Sewqan traskurat
3.             Attentat ta’ qtil
4.             Ħebb bi vjolenza fuq il-persuna
5.             Tbagħbis ta’ evidenza

Seduta  285
07/07/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...