7.7.15

MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI – TALBIET LILL-UFFIĊĊJU TAL-OMBUDSMAN





17152. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman rigward l-operat tal-Ministeru, id-dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtha tul din il-Leġiżlatura? Tista’ tgħid x’kien l-eżitu tagħhom?

16/06/2015

  ONOR. HELENA DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi tul din il-leġiżlatura, s’issa b’kollox saru erba’ (4) talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman rigward l-operat tal-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, id-dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu. L-erba’ każijiet kienu kollha jirrigwardaw l-Awtorita` ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, u kollha ġew magħluqa mill-Ombudsman.

Seduta  285
07/07/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...