7.7.15

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – TALBIET LILL-UFFIĊĊJU TAL-OMBUDSMAN.





17143. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman rigward l-operat tal-Ministeru, id-dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu tul din il-Leġiżlatura? Jista’ jgħid x’kien l-eżitu tagħhom?

16/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta’ każijiet li saru lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u l-entitajiet li jaqgħu taħtu tul din il-Leġiżlatura, hu kif se nsemmi:

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol
Numru ta’ każijiet li saru lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – 14
Każijiet pendenti – 8
Każijiet magħluqa favur il-Ministeru- 5
Każijiet fejn il-proċess ġie mwaqqaf minn min għamel l-ilment - 1

Talbiet li saru lill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’ dan il-Ministeru
L-Università ta’ Malta
Numru ta’ każijiet li rċeviet l-Università ta’ Malta mingħand il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman – 46
Każijiet pendenti – 8
Każijiet magħluqa favur l-Università – 15 *
Każijiet magħluqa fejn min għamel l-ilment ġie mogħti element ta’ raġun – 9 *
Każijiet fejn il-proċess ġie mwaqqaf minn min għamel l-ilment – 9
Każijiet fejn il-proċess ġie mwaqqaf mill-istess Kummissarju għall-Edukazzjoni – 6

* In-numru tat-total huwa ta’ 46 u mhux 47 għaliex każ minnhom huwa tal-istess persuna, fejn id-deċiżjoni li ttieħdet kienet maqsuma b’parti favur min għamel l-ilment u parti favur l-Università.

Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ
Numru ta’ każijiet li rċeviet l-ETC – Talba waħda u kienet magħluqa favur l-ETC

Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada
Numru ta’ każijiet li rċeviet l-FTS – Talba waħda u kienet magħluqa favur l-FTS

MCAST
Numru ta’ każijiet li rċieva l-MCAST – 14
Każijiet pendenti – 1
Każijiet fejn l-Ombudsman aċċetta r-risposta tal-MCAST u għalaq il-każ – 6
Każijiet magħluqa fejn min għamel l-ilment ġie mogħti element ta’ raġun – 1
Każijiet fejn il-proċess ġie mwaqqaf mill-Ombudsman – 2
Każijiet fejn l-Ombudsman u l-MCAST qablu dwar soluzzjoni fuq il-każ – 4

Kunsill Malti għall-iSport
Numru ta’ każijiet li rċieva l-KMS – 2
Każijiet pendenti – 2

Seduta  284
06/07/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...