9.7.15

L-IMĠARR MALTA – TA’ SKORBA –VIŻITATURI




17157. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ħalsu biex daħlu jaraw Ta’ Skorba l-Imġarr tul is-sena 2014 u jista’ jindika jekk kienx hemm żjarat minn tfal tal-iskola u jekk iva, kemm kien hemm żjarat? Kemm kien hemm żjarat minn skejjel primarji u kemm minn skejjel sekondarji?

16/06/2015
  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fl-2014 kien hemm 735 persuna li żaru Ta’ Skorba l-Imġarr bi ħlas,kif inhu elenkat fir-Rapport Annwali 2014 ta’ Heritage Malta li jinsab fis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta www.heritagemalta.org. 
Matul l-istess sena ma kienx hemm żjarat minn tfal tal-iskola f’dan is-sit.

Seduta  286
08/07/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...