9.7.15

MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI – ĦADDIEMA B’KUNTRATT DEFINITTIV





17331. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv fil-Ministeru u fid-dekasteru kollha tal-Ministeru, sal-aħħar tas-sena 2014? Tista’ tindika kemm kuntratti huma minn sitt xhur għal sitt xhur, kemm minn sena għal sena u kemm iktar? Tista’ tindika kemm kienu ta’ sess maskili u kemm ta’ sess femminili?

23/06/2015

  ONOR. HELENA DALLI:  Infurmata li sal-aħħar tas-sena 2014 kien hemm mija u ħames persuni li jaħdmu fuq kuntratt ta’ xogħol definittiv. Tlettax-il kuntratt li jvarjaw minn erbgħa xhur sa għaxar xhur.Tletin kuntratt li huma minn sena għal sena, filwaqt li hemm tnejn u sittin kuntratt ieħor. Tlieta u erbgħin minnhom kienu tas-sess femminili u tnejn u sittin minnhom tas-sess maskili.

Seduta  287
08/07/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...