17430. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’kienu
r-riżultati finali tal-Malta Film Fund għas-snin 2013 u 2014 u jista’ jindika
dan sena b’sena u jistax jindika kemm kien hemm investiment f’dawn il-proġetti
u x’kienu r-riżultati ottenuti għal kull wieħed?
26/06/2015
ONOR. EDWARD
ZAMMIT LEWIS: Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi r-riżultati
finali tal-Malta Film Fund għas-snin 2013 u 2014, qed jitpoġġew fuq il-Mejda
tal-Kamra. Għas-sena 2013, ġew investiti
€210,000 fi proġetti filwaqt illi għas-sena 2014 ġew investiti €234,790. Ix-xogħol fuq dawn il-proġetti miexi tajjeb u
numru ta' proġetti diga tlestew.
Seduta 290
15/07/2015
No comments:
Post a Comment