17.1.24

LIBRERIJI PUBBLIĊI – KOTBA ĠODDA

14483. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-libreriji pubbliċi u kemm kien hemm infiq għall-istess xiri ta’ kotba ġodda matul is-sena 2023, u kemm kien hemm donazzjonijiet?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’ hawn taħt.

 

Sena

Lokalità

Kotba mixtrija ġodda – Jan sa Nov 2023

Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Nov 2023

Donazzjonijiet inkluż mil-pubbliku u l-Kunsilli Lokali – Jan sa Nov 2023

2023

Libreriji Pubbliċi

9,716

€66,074.34

16,398

 

Intant, infurmat li l-figuri għax-xahar ta’ Diċembru 2023 mhumiex disponibbli għar-raġuni li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

 

Seduta 195

16/01/2024

L-ISLA – ĦRUĠ TA’ ILMA FEJN IL-KAŻIN TAR-REGATTA

14482. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijet parlamentari 10683 u 11346 li oriġiniarjament saru lill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intraptiża fir-rigward ta’ skular ta’ ilma fil-Ponta tal-Isla, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jettieħdu l-passi neċessarji mill-awtoritajiet konċernati sabiex dan jieqaf?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Isla li dan l-ilma jiskula minn ġos-swar meta jkun hemm xi sadd fil-latrini tal-Gardjola minħabba traskuraġni ta’ xi individwi li jużaw dawn il-latrini. 

 

Intant infurmat mill-Kunsill Lokali rispettiv li meta jiġri hekk, il-Kunsill Lokali jqabbad in-nies biex ineħħi s-sadd sabiex l-ilma minn ġos-swar ma joħroġx aktar.

 

Seduta 195

16/01/2024

ĦAL GĦAXAQ - SKOLA PRIMARJA – NEFQA FUQ XOGĦLIJIET

14481. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12935 jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew misjuba fl-iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq u x’tiswijiet saru?

 

03/01/2024

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar rinforzar fl-istruttura tas-suffett li tas-sala tal-iskola msemmijja. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li wara li tlestew dawn ix-xogħlijiet, l-Awtorita tas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-Post tax-Xogħol tat l-awtorizzazzjoni biex is-sala tinfetaħ għall-pubbliku.

 

Seduta 195

16/01/2024

QRATI TA’ MATA - APPELLI

14474. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deċiżi appelli mill-Qorti Kostituzzjonali, mill-Qorti tal-Appell Superjuri u mill-Qorti tal-Appell Inferjuri fis-snin 2021, 2022 u 2023?

 

03/01/2024

 

Skont deċiżjoni tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra tat-8 ta’ Jannar 2024, it-terminu ta’ avviż ta’ din il-mistoqsija qiegħed jiġi estiż b’dan illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija ser tingħata fis-seduta ta’ nhar it-Tnejn, 15 ta’ Jannar 2024.

RAĦAL ĠDID – PACE GRASSO GROUND - ŻBIR TA’ SIĠRA

14473. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 11554, 11555, 11556, 13929, 14146 u 14147, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, lill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali u lill-Prim Ministru, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li jsir iż-żbir tas-siġra kif indikata fl-istess mistoqsijiet?

 

03/01/2024

 

Skont deċiżjoni tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra tat-8 ta’ Jannar 2024, it-terminu ta’ avviż ta’ din il-mistoqsija qiegħed jiġi estiż b’dan illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija ser tingħata fis-seduta ta’ nhar it-Tnejn, 15 ta’ Jannar 2024.

RAĦAL ĠDID - PJAZZA ANTOINE DE PAULE - XOGĦLIJIET

14472. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Uffiċċju tal-Prim Ministru: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13940 u 14149 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, jista’ il-Prim Ministru jgħid jekk ġewx ivvutati fondi sabiex il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid tiġi maqlugħa u ssir mill-ġdid?

 

03/01/2024

 

ONOR. ROBERT ABELA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13940.

 

Seduta 193

10/01/2024

RAĦAL ĠDID - PJAZZA ANTOINE DE PAULE - XOGĦLIJIET

14471. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 13940 u 14149 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx ivvutati fondi sabiex il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid tiġi maqlugħa u ssir mill-ġdid?

 

03/01/2024

 

ONOR. CLYDE CARUANA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14470.

 

Seduta  193

10/01/2024


KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...