6.7.23

ISLA – ĦRUĠ TA’ ILMA FEJN IL-KAŻIN TAR-REGATTA

10682. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li jiġi investigat għala fil-parti tal-ponta tal-Isla fejn hemm il-Każin tar-Regatta, hemm ilma li qiegħed kontinwament jiskula?

 

30/06/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10683.

 

Seduta  143

05/07/2023

IL-GUDJA – SKOLA PRIMARJA – XOGĦOL

10491. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja se jsiru tul dan is-sajf fl-iskola primarja tal-Gudja?


26/06/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija mistenni jsir xogħol ta’ rinnovar strutturali.

 

Seduta  143

05/07/2023

WIED IL-GĦAJN – SKEJJEL PRIMARJI – XOGĦOL

10490. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja se jsiru tul dan is-sajf fl-iskejjel primarji ta’ Wied il-Għajn?

 

26/06/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija mistenni ssir manutenzjoni ġenerali u xogħol ta’ kisi, tibjid u membrane.

 

Seduta  143

05/07/2023

IŻ-ŻEJTUN – SKEJJEL PRIMARJI U SEKONDARJI – XOGĦOL

10489. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja se jsiru tul dan is-sajf fl-iskejjel primarji u sekondarji fiż-Żejtun?

 

26/06/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li tlesta proġett ta’ tisbiħ estensiv fl-iskola Sekondarja taż-Żejtun, filwaqt li matul is-sajf mistenni jitkompla l-proġett ta’ tisbiħ fl-iskola Primarja taż-Żejtun.

 

Seduta  142

04/07/2023

RAĦAL ĠDID – SKEJJEL PRIMARJI – XOGĦOL

10488. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja se jsiru tul dan is-sajf fl-iskejjel primarji ta’ Raħal Ġdid?

 

26/06/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija mistenni jsir xogħol ta’ rinnovar strutturali.

 

Seduta  142

04/07/2023

FGURA – SKEJJEL PRIMARJI – XOGĦOL

10487. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja se jsiru tul dan is-sajf fl-iskejjel primarji tal-Fgura?

 

26/06/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija mistenni ssir manutenzjoni ġenerali u xogħol ta’ kisi u tibjid.

 

Seduta  142

04/07/2023

ĦAL TARXIEN - SKOLA SIR THOMAS MORE – XOGĦOL

10486. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja se jsiru tul dan is-sajf fl-Iskola Sir Thomas More, Ħal Tarxien?

 

26/06/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija mistenni jsir rinnovar ta’ faċilitajiet eżistenti.

 

Seduta  142

04/07/2023

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...