18.7.16

JOBSPLUS - PERSUNI LI JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL INGAĠĠATI FIS-SERVIZZ TA’ SIGURTÀ


 
26627. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol ġew effettivament ingaġġati fis-servizz ta’ sigurtà assenjati ma’ Jobsplus? Jista’ jindika meta nħarġu l-liċenzji tas-sigurtà tagħhom?  Jista’ jindika jekk huwiex għaddej b’refresher courses għal dawk il-persuni?

05/07/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’April ta’ din is-sena ġew ingaġġati żewġ persuni fis-servizz ta’ sigurtà. Infurmat minn Jobsplus li t-tnejn li huma għandhom liċenzja valida. Bħalissa mhuwiex għaddej refresher course għal dawn il-persuni.

Seduta  417
13/07/2016

JOBSPLUS - KORSIJIET





 
26626. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’korsijiet qed isiru bħalissa mill-Jobsplus marbuta ma’ xogħol fl-injam, xjenza elettronika, plastering, tile laying u welding?  Jista’ jindika minn min qed isiru dawn il-korsijiet, kemm ġew outsourced u kemm ġew ingaġġati b’direct order?  Jista’ jagħti lista sħiħa tal-kumpaniji li ġew outsourced għal dawn il-korsijiet u fuq kemm-il sena?

05/07/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li Jobsplus tikkonferma illi l-ebda mill-korsijiet tagħha, inklużi dawk indikati mill-Onor. Interpellant, ma ġew outsourced lil xi kumpanija. 

Id-dettalji dwar il-korsijiet imsemmija huma kif muri fit-tabella t’hawn taħt:

Kors
Numru ta’ korsijiet pjanati
Numru ta’ korsijiet li tkomplew
Numru ta’ korsijiet li ġew kanċellati
Numru ta’ korsijiet li għadhom ma tlestewx
Electrician’s Assistant
2
1
1
0
Electrical Domestic Licence A
4
1
1
2
Tile Laying
1
0
1
0
Plastering
1
0
1
0
Carpentry & Joinery
0
0
0
0
Welding
0
0
0
0

Il-korsijiet offruti minn Jobsplus huma kollha mgħallma minn trainers ingaġġati ma’ Jobsplus fuq bażi part-time casual.

Seduta  417
13/07/2016

WIED IL-GĦAJN –ŻVILUPP TAS-SIT TAL-EX JERMA PALACE HOTEL





 
26624. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25884 u jinforma lill-Kamra f’liema pożizzjoni wasal il-permess li ġie sottomess oriġinarjament mal-MEPA sabiex jiġi żviluppat mill-ġdid is-sit tal-ex Jerma Palace Hotel, f’Wied il-Għajn?

05/07/2016

  ONOR. JOSEPH MUSCAT:  Ninsab informat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-istess Awtorita għandha quddiemha applikazzjoni 'Outline' PA3836/08 u mhux permess kif ntqal fil-mistoqsija tiegħu, fejn qed jintalab twaqqigħ sħiħ tal-lukanda Jerma f’Wied il-Għajn u bini mill-ġdid ta' lukanda kif ukoll numru ta' residenzi li jagħmlu parti minn pjan ta' proġett sħiħ.

Din l-applikazzjoni giet sottomessa fit- 2 ta' Awwissu 2008 u giet ippubblikata għall-konsultazzjoni pubblika fit- 3 ta' Settembru 2008 għal-terminu ta' 21 ġurnata.

Bejn it-22 ta' Ottubru 2008 u t-23 ta' Marzu 2009, l-istess applikazzjoni għaddiet mill-proċess ta' konsultazzjoni fi ħdan l-Awtorita' tal-Ippjanar fejn ġie stabbilit illi kull żvilupp propost fuq dan is-sit huwa suġġett għal-Development Brief kif gie stabilit fil-Pjan Lokali ta’ Marsaskala.

L-applikant gie informat, permezz ta' ittra uffiċjali datata 23 ta' Marzu 2009, illi jekk jagħżel li jkompli bl-iproċessar tal-applikazzjoni, id-Direttorat tal-Ippjanar ikollu jipproċedi billi japplika l-Planning Policies tal-Pjan Lokali preżenti, cioe' jipproċedi b'rakkomandazzjoni negattiva għal-deċizjoni quddiem il-Bord tal-Ippjanar.

Għalhekk din l-applikazzjoni tinsab sospi¿a tistenna sottomissjonijiet mill-applikant wara li l-Awtorità informatu illi kull żvilupp propost fuq dan is-sit huwa suġġett għal- Development Brief kif mitlub mill-Pjan Lokali taż-żona.

Seduta  417
13/07/2016

FORZI ARMATI TA’ MALTA – UFFIĊJALI U MEMBRI LI RRIŻENJAW/IRTIRAW



 
26623. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri u uffiċjali fil-Forzi Armati ta’ Malta li minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Mejju 2016 irtiraw jew irriżenjaw mill-Korp?

05/07/2016

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li li fil-perijodu msemmi irtiraw jew irriżenjaw mill-Forzi Armati ta’ Malta 22 Ufficjal u 254 suldat regulari.

Seduta  417
13/07/2016

COMMUNITY WORK SCHEME – ASSENJAZZJONI TA’ ĦADDIEMA MAL-KUNSILLI LOKALI


 
26622. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid taħt liema sistema qed jiġu assenjati l-ħaddiema tal-Fondazzjoni li qed tħaddem il-Community Work Scheme mal-kunsilli lokali u x’inhuma l-kriterji uffiċjali biex dan isir? Jista’ jindika kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-kunsilli lokali u ma’ liema? Jista’ jgħid x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn il-ħaddiema?

05/07/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda tibdil fil-mod ta’ kif jiġu assenjati l-ħaddiema mal-Kunsilli Lokali. L-assenjazzjoni tal-parteċipanti kemm meta kienu fil-Community Work Scheme u kemm issa taħt it-tmexxija tal-Fondazzjoni, hija fid-deskrizzjoni ta’ Jobsplus. Rigward il-kumplament tal-informazzjoni mitluba, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 25228 u 25378.

Seduta  417
13/07/2016

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...