16.7.15

MALTA FILM FUND - PROĠETTI





17429. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ser ikun hemm proġetti li huma jew li ġew iffinanzjati mill-Malta Film Fund u kemm ammonti ġew investiti fl-industrija tal-films lokali speċjalment meta r-riżultat tal-applikazzjoni minn dan il-Fond għas-sena li għaddiet għadu mhux ippublikat u dawk ta’ din is-sena jagħlqu fit-30 ta’ Ġunju 2015?

26/06/2015

 

ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Nassigura lill-Onor. Interpellant illi l-Film Fund qed jitmexxa b'mod professjonali, għal kuntrarju ta' dak li kien jiġri taħt l-amministrazzjoni preċedenti.  Għall-ewwel darba, kull proġett li kwalifika għall-Film Fund qed jiġi awditjat sabiex ikun assigurat li flus il-poplu qed ikunu nvestiti kif suppost.  Dan ifisser li issa hemm ħafna aktar trasparenza u kkontabilita’ meta kkomparat mas-snin li għaddew, fejn kien hemm każijiet fejn persuni u kumpaniji ħadu l-fondi u ma wettqux il-proġett tagħhom skond il-kuntratt.  Tajjeb li ninforma illi, fir-rigward ta’ dawn il-każijiet, qed jittieħdu proċeduri legali. 

L-Onor. Interpellant huwa żbaljat fir-rigward tar-riżultat tal-Film Fund tas-sena li għaddiet.  Kull persuna jew kumpanija li applikat ġiet infurmata bir-riżultat.  Dawk li applikaw għal writer's grant u developmentgrant ġew infurmati fil-11 ta' Ġunju 2014, filwaqt li dawk li applikaw għal production grant ġew infurmati fit-30 ta' Ottubru 2014.

L-ismijiet tal-proġetti li kkwalifikaw għall-fondi mill-Malta Film Fund qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  290
15/07/2015

INDUSTRIJA TAL-FILMS - FLUS IĠĠENERATI.





17428. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: B’referenza għall-aħħar stqarrija tiegħu, jista’ l-Ministru jiddikjara kemm mill-ammont ta’ tmenin miljun ewro ser jiġu ġġenerati minn films fejn pajji¿na ser iservi bħala backdrop for foreign films u kemm ser ikunu ġġenerati mill-industrija tal-films lokali?

26/06/2015

  ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa fatt illi din is-sena, pajjiżna rnexxielu jattira numru rekord ta' produzzjonijiet internazzjonali.  Dawn qed iħallu mpatt pożittiv kbir fuq l-ekonomija tal-pajjiż.  Minbarra li jiġġeneraw miljuni kbar, uħud minn dawn il-films ser ikunu ta' riklam kbir għal Malta madwar id-dinja u jattiraw aktar turisti lejn pajjiżna. S’issa, diġa’ kellna erbgħa produzzjonijiet li użaw lil Malta bħala backdrop u għalhekk qed nantiċipaw li pajjizna jigwadanja ukoll min aspett ta' screen tourism.  Qed naraw ukoll żvilupp fl-industrija lokali.  In-numru ta’ films indigeni Maltin, din is-sena, ser jiżdied ukoll.

Seduta  290
15/07/2015

IMPJIEGI PART-TIME. (Ghawdex)





17350. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għall-istatistika rraportata fil-mistoqsija parlamentari 16817, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li kienu qegħdin jaħdmu part-time huma persuni li jaħdmu Għawdex?

23/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fuq bażi part-time f’Għawdex fl-aħħar ta’ Diċembru 2014 kien ta’ 4,065. Minnhom 2,126 kellhom l-impjieg part time bħala xogħol primarju filwaqt li 1,939 kellhom part-timeu full time job.

Seduta  290
15/07/2015

IMPJIEGI PART-TIME (Pensjonanti).


17349. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għall-istatistika rraportata fil-mistoqsija parlamentari 16817, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-persuni li kienu qegħdin jaħdmu part-time huma persuni li qabżu l-età tal-pensjoni?

23/06/2015

 
ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li fl-aħħar ta’ Diċembru 2014 kienu jaħdmu fuq bażi part-time u li l-età tagħhom kienet minn  62 sena `l fuqkien ta’ 6,228.  Minnhom 5,716-il persuna kellhom l-impjieg part- time bħala xogħol primarju filwaqt li 512 kellhom part-time kif ukoll full time job.

Seduta  290
15/07/2015

MALTIN LI ĦADMU FIL-LIBJA - KONTRIBUZZJONIJIET SOĊJALI





17661. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jsir u x'inhi l-pożizzjoni ta' numru ta' ħaddiema Maltin li ħadmu fil-Libja u li l-kontribuzzjonijiet soċjali li ħallsu baqgħu ma ġewx mehuda inkosiderazzjoni għall-pensjoni tagħhom u b'hekk qed jbatu finanzjarjament?

07/07/2015
  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-1988 id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali kien nieda skema sabiex persuni li kienu jaħdmu l-Libja u li kienu jħallsu l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali fil-Libja, jipprovdu dokumenti li jikkonfermaw li sar il-ħlas imsemmi fil-Libja. 

Dan kien seħħ wara ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Libjan.  Kull min applika għal din l-iskema kellu l-kontribuzzjonijiet li ħallas fil-Libja miżjuda ma’ dawk imħallsa f’Malta u b’hekk ma jkollhomx perjodi neqsin fil-kontribuzzjonijiet ta’Malta.

Barra minnhekk fl-1991, l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali kien ġie emendat sabiex dawk il-persuni li jaħdmu l-Libja jkollhom id-dritt li jħallsu l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali f’Malta minflok fil-Libja.  Dan sar wara ftehim ieħor li kien sar bejn iż-żewġ gvernijiet dak iż-żmien.

Seduta  291
15/07/2015

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...