12.11.19

RAĦAL ĠDID – TRIQ DR KARL CHIRCOP - XOGĦLIJIET




11876. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xi xogħlijiet biex jittaffa dak li għaddejjin minnu r-residenti ta’ Triq Dr Karl Chircop f’Raħal Ġdid waqt ix-xogħol li jsir?

04/11/2019

  ONOR. IAN BORG:  Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

Seduta  276
11/11/2019

5.11.19

Maż-żminijiet, mal-poplu?




1. L-Elezzjonijiet Ewropej tal-aħħar tal-ġimgħa li għaddiet jimmeritaw attenzjoni u ri?flessjoni. Dak li qed jiġri barra minn xtutna jitlob li wieħed jitkellem dwaru biex jipprova jifhem. Għalkemm ċertament ma huwiex proċess li jista’ jingħalaq f’artikolu bħal dan. Biss fuq in-naħa l-oħra jista’ jkun wieħed li jservi biex jmexxina lejn għarfien aqwa ta’ dak li għaddej. Ngħid dan quddiem żewġ riżultati elettorali wieħed fil-Ġermanja u l-ieħor fl-Italja. Wieħed fir-reġjun tat-Thuringia u fl-Umbria fejn il-partiti l-iktar viċin tal-lemin estrem żiedu fil-voti, wieħed 24% u l-ieħor 37%.

Forsi fil-ballun

2. Hemm ċertament pożizzjonijiet li m’ aħniex nifhmu biżżejjed. Ngħid żewġ punti ma aħniex nosservaw dak li huwa għaddej fuq naħa u fuq l-oħra ma aħniex viċin dak li qiegħed jiġri. Mort għall-ballun għax hemm spettaklu fuq naħa imma reazzjonijiet varji fuq l-oħra. Waqt li diversi jkunu qegħdin isegwu l-ballun sejjer minn naħa jew oħra mhux dejjem ngħarfu dak li jkun għaddej fost l-ispettaturi. Hemm dawk li jżommu ma naħa jew oħra li jintilfu. Jitilfu r-raġuni u anzi jsibu raġuni f’ħidmiethom għax isejħu ruhhom “ultras”. Dawk li jħobbu tant l-klabb li lesti li jirrikorru għall-atti vjolenti, estremi, esaġerati u intolleranti.

N’Golo Kante

3. Forsi mhux proprju f’postu imma sena ilu kien hemm ċertu ċaqliq qawwi fil-kamp kalċistiku Ingliż meta wieħed mill-players tat-team Chelsea kien is-suġġett ta’ diskussjonijiet qawwija dwar il-pożizzjoni kien qiegħed jintlgħab fiha. Id-diskussjoni kibret tant li ġurnalist reċentement rrakonta dak li seħħ hekk: “It was a strangely protective fury. On radio, shows, in newspaper columns, on the swirling brain-thoughts of social media, the angry talking heads leapt up. There was a sense of gallantry, defending Kante’s honour, like pipe-smoking 1950s father shooing a motorbike gang from the porch while their teenage daughter cowers at the screen door.”  

Rabja

4. Hemm rabja li qed tinġabar fid-dinja ta’ kuljum li l-popli Ewropej qed jiġu effettwati minnha. Ftit jiem ilu ukoll Tony Blair waqt li kiteb artikolu bit-titolu “Ok, last chance: do we really think leaving will help?”. Hemm fost l-oħrajn laqtitni din l-osservazzjoni: “And this is the problem with Brexit. The vote was a cry of protest and to a degree, a cry of rage, and it should be heard. But Brexit solves nothing. It answers no question that can possibly assist us to a better future. It is destructive and distractive in equal measure.” Punti li qlajt għax naġseb li dan l-ex-Prim Ministru li għamel isem għalih innifsu forsi qiegħed jifhem dak li għaddej r-Renju Unit bħala parti minn dan il-moviment Ewropew.

Distruzzjoni.

5. Din hija forma ta’ rabja jew reazzjoni lejn dak li l-poplu ma jridx jew ma jifhimx fil-politika? Fuq in-naħa l-oħra ma hix ukoll parti minn żvilupp politiku ta’ rappreżentanti tal-poplu li nqatgħu minn dawk li jirrapreżentaw? Ngħid dan għax meta taqra dak li jgħidu dawn il-politiċi fil-partiti tal-Lega fl-Italja u Alternative fur Deutschland fil-Ġermanja joħroġu dawn l-elementi. Hemm minn dak li wieħed jista’ jara forom ta’ falliment li ġej mill-pożizzjonijiet jekk irridu “elitisti”. Ta’ klassi politika li tirrapresenta sija x-xellug kif ukoll l-lemin li ma hix tifhem dak li għaddej. M’hix qegħda tgħix ma’ dawk li qed tirrapreżenta. Proprju għalhekk li beda għaddej proċess ta’ auto-distruzzjoni u anki distrazzjoni.

Distrazzjoni.

6. Il-poplu jiddeċiedi bil-vot tiegħu. U l-votant beda ma jifhimx lil dawk li qabel kien jivvota għalihom anqas għalhekk iħossu li qiegħed jiġi rappreżentat minnhom. Fuq l-oħra d-deputati nqatgħu minn mal-merħla tagħhom. Nqatgħu tant li l-politika saret issir biex ssir mhux għax hemm bżonn ta’ miżuri u passi li l-votant iħoss li għandhom isiru. Mhux biss imma tul dawn l-aħħar snin kiber id-dwejjaq u l-inutilità tal-politika li ssir minn fuq għal isfel. Suppost tirrapreżenta lil ta’ isfel imma tidħol fil-mekkaniżmu ta’ dak li jiġi trasformat f’dak li jridu ta’ fuq. Huwa ċertament proċess ta’ distrazzjoni imma wieħed perikoluż ħafna f’sistema politika li tiddikajara li hija rappreżentativa.

Vuċi iktar diretta

7. Hemm forsi f’dan movement iktar dirett. Wieħed li l-poplu minn ħdanu stess qiegħed isib dawk li jitkellmu aħjar b’lingwa li jifhem, li jgħidu dak li jridu jisimgħu u jsir u li jħossuhom viċin verament u mhux apparentament magħhom. Lezzjonijiet li rridu naraw hawn. Illum iktar u iktar li tlifna klassi politika li trabbiet fid-diffikultajiet u t-tbgħatijiet li t-tieni gwerra mondjali ġabet magħha waqt u wara tagħha. Ħafna politiċi ġew minn mal-poplu u bnew l-partiti politiċi biex ikunu strumenti għas-sewwa tal-poplu. Biss illum il-partiti ġew trasformati f’ragunijiet ta’ eżitenza waħidhom mingħajr neċessarjament wieħed jifhem li għandhom relevanza sakemm ikunu vuċi iktar u iktar diretta tal-poplu.

Ċertament sfida

8. Din hija ċertament sfida li aħna f’dan il-pajjiż irridu nifhmu. Iktar u iktar għalina fl-Oppożizzjoni li rridu ngħarfu din il-bidla demokratika jew le. Nifhmuha biex inkunu strumenti ta’ bidla. Nifhmuha biex ngħatu lill-poplu dak li jixraqlu, permezz ta’ politika li tinbena fuq in-nies, man-nies. Jekk ma jsirx dan inkunu qed nitilfu appuntamenti kif ukoll niftħu l-ispazju għall-oħrajn li ma jwasslux fejn huwa sewwa. Il-Partit Nazzjonalista kellu suċċess meta baqa jgħaraf dan. Dak li jgħaraf il-poplu xi jrid u jassigura li jiġi fis-seħħ. B’miżuri intelliġenti li la jaljenaw u wisq inqas li jkunu distruttivi għas-soċjetà.    



1.11.19

PERSUNI ’L FUQ MINN 62 SENA LI HUMA REĠISTRATI U JĦALLSU T-TAXXA.




11700. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qabżu t-62 sena li huma reġistrati u jħallsu l-VAT? Jista’ jindika kemm huma nisa u kemm huma rġiel?

24/10/2019



  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 1,123 persuna ‘l fuq mill-eta’ ta’ 62 sena li kienu reġistrati u ħallsu l-VAT;  li minnhom kien hemm 168 mara u 955 raġel.

Seduta  272
30/10/2019

PERSUNI ’L FUQ MINN 62 SENA LI QED IĦALLSU T-TAXXA




11699. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li qabżu t-62 sena li qed iħallsu t-taxxa? Jista’ jindika kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?

24/10/2019

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ninforma l-Onorevoli Interpellant illi kien hemm 35,809 il-persuna ‘l fuq mill-eta’ ta’ 62 sena li ħallsu t-taxxa.
Minnhom kien hemm 9,503 mara u 26,306 ragel li ħallsu xi taxxa matul is-sena msemmija.

Seduta  272
30/10/2019

PERSUNI ’L FUQ MINN 62 SENA LI GĦADHOM QED JAĦDMU


  
11698. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ta’ ’l fuq minn 62 sena li kienu għadhom qed jaħdmu bħala part-time jew full-time sal-aħħar ta’ Settembru 2019? Jista’ jindika kemm hemm nisa u kemm hemm irġiel?

24/10/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus in-numru ta’ persuni ’l fuq minn 62 sena li għadhom qed jaħdmu fuq bażi ta’ part-time bħala xogħol ewlieni jew full-time sal-aħħar ta’ April 2019 kien ta’ 12,820. Minn dawn 3,405 kienu nisa filwaqt 9,415 kienu rġiel.

Seduta  272
30/10/2019


SKEJJEL SEKONDARJI – STUDENTI JISTUDJAW LINGWA FRANĊIŻA




11692. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jistudjaw il-lingwa Franċiża?

24/10/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti fl-iskejjel sekondarji u medji tal-istat li qegħdin jistudjaw il-lingwa Franċiża huwa kif se nsemmi:

Skejjel Sekondarji - 1075 student
Skejjel Medji - 680 student

Seduta  272
30/10/2019


SKEJJEL SEKONDARJI – STUDENTI JISTUDJAW LINGWA ĊINIŻA




11691. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jistudjaw il-lingwa Ċiniża? Jekk iva, kemm?

24/10/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:   Ninsab infurmat li hemm ħames (5) studenti li qegħdin jistudjaw il-lingwa Ċiniża, tlieta minnhom qegħdin fi skola sekondarja u tnejn fi skola medja.

Seduta  272
30/10/2019

KWISTJONI TA' DINJITA

1. Bħalissa l-aġenda tad-dinja hija mimlija b’tip, metodu ta’ politika barranija li m’aħniex imdorrijin biha. Konfrontattiva flok ibba...