1. Bħalissa ninsab qiegħed naqra l-ktieb mill-iktar interessanti tal-mibki Professur Ingliż John Gillingham (1940), magħruf fil-linja storika tiegħu. Il-ktieb The Wars of the Roses (1981) jittratta din il-gwerra twila interna msejħa ‘ċivili’ fir-Renju Unit fil-kumplikazzjonijiet sħaħ tagħha. Ingliżi kontra Ingliżi, imwiet u distruzzjoni twila u sħiħa. Dawk li għażlu li jkunu naħa jew oħra skont il-valur tal-ward. Ktieb deskritt bħala wieħed mill-iktar ċari u riċerkati. Miexi f’din id-direzzjoni proprju sija minħabba l-kurżità li ilni snin inżomm u nfittex f’kitba tajba f’dak li kont qrajt fl-iskola primarja. Ktieb li mingħajr ma rrid fakkarni fil-ġlied kostanti bejn il-bnedmin. Bejn l-aħwa, li flimkien jistgħu jwettqu ħafna. Imma kontra xulxin kapaċi ferm u ferm iktar ikissru lilhom infushom. Forsi minnu nista’ nkompli nislet riflessjonijiet sija dwar dak li għaddej barra minn pajjiżna kif ukoll hawn, issa fil-klima politika attwali.
L-Individwaliżmu
2. Forsi f’dan ninsabu ulied ta’ ġenerazzjoni, ta’ soċjetà li trid tafferma din li hija d-dominanza tal-kultura preżenti. Dik marbuta mal-ħsieb li l-individwaliżmu jgħodd f’kollox. Ibda minn ideat kontra l-ġid tal-bniedem marbuta mal-kunċetti ta’ kummerċ fejn ir-regoli ma jiġux rispettati. Kull bniedem għal rasu. Jimxi skont dak biss li jaħseb li jaqbillu materjalment, finanzjarjament u ma jħarisx iktar ’il bgħid. Dawk li huma l-kontra tal-persuni li jagħrfu, mill-esperjenza personali tagħhom, li iktar ma tagħti, iktar ma tkun impenjat għall-oħrajn, iktar tkattar u twettaq opri siewja. L-altruwiżmu jibqa’ l-pedestall veru li fuqu tkabbru soċjetajiet, nazzjonijiet, pajjiżi u ġnus. Dan fl-għarfien li l-gwerra nfisha, sija dik soċjali, politika jew militari hija frott tal-ħsieb li hemm min huwa aqwa minn ieħor tant li jista’ jimponi ruħu fuqu, li jeliminah jew jiddominah.
Alġerija
3. Linja li ma naqblux magħha imma li direttament u indirettament tmiss mal-ideat fis-soċjetà tagħna. Mingħajr ma nafu, aħna influwenzati u rridu nikkumbattu sew, internament l-iktar, sabiex immorru kontra l-kurrent biex b’hekk niqfulha. Niddistingwu ruħna f’aġir differenti, diffiċli wkoll, li jħajjar lejn il-paċi, id-djalogu u r-rikonċiljazzjoni. Anki jekk f’mumenti nistgħu nħossuna mwaħħla u ma nistgħux nimxu f’forma ta’ lega iebsa ta’ sadid, xorta għandna eżempji madwarna li nistgħu nisperaw ruħna minnhom. Nikteb aktar dan fl-għarfien li l-Papa Ljun XIV, mimli b’għerf u intelliġenza, ilbieraħ beda vjaġġ appostoliku ta’ għaxart’ijiem f’erba’ pajjiżi ġewwa l-kontinent Afrikan. F’dawn il-jiem ser jibda fl-Alġerija, fejn missierna Santu Wistin għex u ħalla wirt uniku. Għażla viċin il-qalb, imma l-iktar dikjarazzjoni li anki jekk l-art tidher ostili u li fiha diversi Nsara f’dawn is-snin inqatlu martri, bħall-qaddis Charles de Foucauld u s-seba’ patrijiet Trappisti ta’ Tibhirini, xorta hekk bżonn preżenza soda u ftuħ lejn il-paċi.
Responsabbiltà
5. F’dan il-kuntest, Gillingham ifakkarna li: “The evil that men do lives after them.” (Il-ħażen li l-bnedmin iwettqu jibqa’ ħaj warajhom). Proprju f’dan, ir-responsabbiltà tagħna bħala bnedmin, u aktar minn hekk ta’ dawk fil-politika, tinsab fuqna u rridu nġorruha tajjeb. Jew ser nippermettu li kollox jibqa’ kif kien qabel u nħallu dan il-proċess uman ikompli jirkibna kif kien għamel qabel, u anzi li jissoda fuqna stess, jew inkella mmorru kontra tiegħu. Niħdux sehem fil-battalji aggressivi li nbdew minn oħrajn. Nilbsux il-ward abjad jew aħmar, kif għamlu bnedmin biex niżlu fil-kontinwazzjoni ta’ dan iċ-ċirku vizzju fir-Renju Unit bejn l-1455 u l-1485. Dan jiddependi mill-ħidma tagħna. Minn dak li lesti li nwettqu biex inwaqqfu din l-arja żbaljata li fil-fatt toħnoq l-iżvilupp siewi tal-bniedem u tal-ambjent sħiħ tiegħu.
Viċin tagħna
6. Jista’ jkun li issa, malajr, ġejja elezzjoni ġenerali fuqna, u jista’ wkoll li din tiġi aktar tard, fi żmienha. Dan, sa ċertu punt huwa irrelevanti fl-argument li qiegħed inressaq. Dan għax, sfortunatament, ninnota li diġà bdejna b’diskors iebes fuq xulxin. Fuq dawk li huma suppost l-estremisti ta’ naħa. Fuq dawk li huma identifikati bħala ta’ kontra tagħna. Fuq kemm l-oħrajn iridulna l-ħsara u kemm għandhom intenzjonijiet ħżiena. Preludji ta’ xenarji li jħallu l-marki ta’ ħsara. Diġà qed nara bnedmin li bdew jiġu kkargati kontra xulxin. Ninsew li għandna l-benefiċċju li ngħixu f’demokrazija. M’għadniex ngħixu fil-passat u minn fuq dawk il-bnedmin issa għaddew ħames mija u sebgħin sena. Ninsew li dawk fil-politika ċertament għandhom l-ambizzjonijiet personali tagħhom, imma jridu l-ġid lil pajjiżhom, fejn ħadd m’għandu jimmaġina li għandu l-monopolju.
Fil-Partiti
7. Argument li jrid jittieħed pass ieħor ’il quddiem fil-frammentazzjoni li jidher li ilna nġorru fi ħdan il-partiti politiċi rispettivi. Dan fid-dawl tal-kunflitti nterni f’taħlita ta’ personalitajiet u pożizzjonijiet. Iktar u iktar meta tara żewġ fatturi: l-ewwel, l-individwaliżmu qawwi li jirrenja u li jiddomina fil-kampanji elettorali, fejn kull persuna huwa maqtugħ għal rasu u ttentat jagħti bil-minkeb lil dawk li huma fil-partit tiegħu stess biex jirbaħ; u t-tieni, fil-politika żbaljata ta’ dawk li meta jmexxu, flok jaraw il-partit magħmul minn bnedmin varji, jaqblu jew ma jaqblux miegħu, minflok jagħżlu li jingħataw l-iktar importanza dawk li huma ‘miegħu’. F’dan il-kunflitt qed ninnutaw iktar li bnedmin varji li servew fl-Eżekuttiv tal-pajjiż, għal xi raġuni jew oħra diġà ngħataw x’jifhmu li m’għandhomx il-possibilità li jidħlu lura. Parti integrali mill-partit, imma kkunsidrati barra minnu.
Pendlu
8. F’dan il-kuntest, flok qed nieħdu ħsieb li mmorru lejn ċentru moderat ta’ naħa jew oħra, hemm tentazzjonijiet oħra. Flok niftakru li għalkemm dawn wara Lancaster kienu ħomor u ta’ York bojod, ir-rebbieħa finali Tudor għaqqdu ż-żewġ wardiet. Kif Francesco Rutelli (1954), politiku li serva fuq ix-xellug u li ġie iktar lejn iċ-ċentru ddikjara li hemm il-biża’ li l-politika tal-estrem ta’ dawk li flok għandhom programm ideoloġiku, jiddikjaraw il-preżenza tagħhom: “Esiste quando ti combatto e esisto quando ti odio” (Neżisti meta nikkumbattik u neżisti meta nobogħdok). F’dan irridu nifhmu aktar kemm id-demokrazija titlob aġir tajjeb mingħandna. Nifhmu wkoll kemm dawk li jkunu jidhru l-iktar b’saħħithom jitilfu huma wkoll il-poter. Lezzjoni fil-politika, li kif Viktor Orban (1963) qiegħed fl-Ungerija jagħraf kif isseħħ il-bidla bl-użu tar-raġuni. F’dan aktar irridu nikkumbattu proprju li b’xi mod immorru lura lejn il-kuntesti u l-mentalitajiet ta’ dak li ġiebu ’l hekk magħrufa “Wars of the Roses”.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label Santu Wistin. Show all posts

14.4.26
4.2.26
ELF, MITEJN U TNAX-IL SENA ILU
1. Fil-proċess tal-istorja umana, dik li tħares lejn dak li seħħ u kif hekk fl-eventi partikolari tagħha hemm bnedmin li jżommu l-pożizzjoni tagħhom. Dawk li tiltaqa’ magħhom meta tkun għad fl-iskola primarja jew sekondarja u jibqgħu miegħek. Tiftakar fihom u fl-istess ħin jiġbdulek interess. Dawn f’kuntrast mal-ismijiet ta’ mexxejja jew ħassieba varji li jew tisma’ bihom u taqra dwarhom imma tinsihom, inkella dawk li tiskopri aktar ’il quddiem. F’dan ninsab grat għall-formazzjoni ekukattiva li ħadt, għalkemm nammetti li tulha kelli għatx għal iktar. Ċerti drabi, flok ħassejtni qiegħed nimrah aktar, sibtni wieqaf ma’ dak li ma tantx kien jinteressani. Imma f’dan xorta sibtni, minn dak li l-għalliema, il-kotba u l-ġurnali varji għaddewli, miexi ’l quddiem.
Wieħed partikolari
2. Niftakarni f’dan naqra u nerġa’ naqra artiklu twil dwar ħajjet Charlemagne (Karlumanju) (748-814 WK). Ħajtu, għemilu, kif kien jaħdem, jaqra u jqatta’ l-ġurnata. Kienu kitbu li kien qasam il-ġurnata fi tlieta. Tmien sigħat qari, tmienja eżerċizzju, u l-oħrajn irqad. Persuna dixxiplinata u li ġiebet lura l-ordni u l-għaqda ta’ diversi partijiet tal-Ewropa. Dak li kien il-mexxej tal-Franki u li fil-Milied tas-sena 800 ġie nkurunat Imperatur. Niftakarni nara l-varji kitbiet dwaru u l-ħsieb li telaq minn iben mexxej u gwerrier li assigura li jitgħallem jikteb u jaqra. Il-firma tiegħu tant partikolari kont ippruvajt ukoll nimitaha fil-pożizzjoni distinta tagħha. Karattru interessanti li saħħarni għal ħafna u li segwejtu kemm stajt.
Kotba varji
3. Wara kont xtrajt il-ktieb tal-istoriku kontemporanju Einhard (775-840 WK), The Life of Charlemagne. Qrajtu, huwa mimli b’informazzjoni u ammirazzjoni. Ħajtu ġiet ukoll f’hekk marbuta u mmexxija għal idejna ma’ dik ta’ dan l-Imperatur tant kbir. Anzi, inħoss li mertu ta’ din il-kitba, l-attenzjoni baqgħet ħajja u attwali. Baqgħet rilevanti u ebda storiku sussegwenti ma seta’ b’xi mod jinjora. Fil-fatt nammetti li sibtni b’numru ta’ kitbiet li fihom kull darba hemm referenza u riferenza għalih. Ħadd ma jinjorah, għalkemm mhux kulħadd jagħtih l-istess piż jew importanza. Proċess li ma jdejjaqniex għax fil-fatt mhux biss issiġillah f’dak li kien, imma wkoll serva sabiex oħrajn wara jivverifikaw dawn il-fatti li ġew miktuba minn Einhard. Peter Munz (1921-2006) jikteb proprju hekk: “The history of the history of Charles began with Einhard’s Life. There is much solid history in Einhard and it is in conceivable that any historian of Charles’s regin could ever think of dispensing with his work.” (L-istorja tal-istorja ta’ Karlumanju tibda mill-ħajja ta’ Einhard. Hemm ħafna fatti veri f’Einhard u huwa inkonċepibbli li xi storiku ta’ Karlumanju jista’ b’xi mod iwarrab fil-ġenb).
L-Imperu
4. F’dan kont fortunat li ġew f’idejja l-ewwel il-ktieb tal-istoriku Belġjan Henri Pirenne (1862-1935) bl-isem Mahomet et Charlemagne (bl-Ingliż Mohammed u Charlemagne). Kitba mill-iktar sabiħa dwar il-moħħ ta’ dan il-bniedem straordinarju f’ħidmietu. Waħda li l-awtur lesta mingħajr ma laħaq ippubblika. Ktieb li ibnu Jacques Pirenne (1891-1972) ħa ħsieb u li kien, u li għadu, suċċess. Ftit wara f’dan, fir-riċerka li nħobb nagħmel fil-Librerija tal-Università, li fiha diversi kotba għad-dispożizzjoni. Ħafna, li ċerti drabi niskanta kif ma jiġux mislufa u moqrija, u jibqgħu jiġbru t-trab jistennew. Hemm preżenti fruntieri kbar ta’ ideat, li nibqa’ dejjem iktar ferħan meta jiġu f’idi u nħossni parti minn dak il-proċess akkademiku u kulturali li m’għandniex nabbandunaw.
Oħra
5. Fuq dan issellift, l-ewwel il-ktieb tal-istoriku Taljan Gabriele Pepe (1899-1971), Un problema storico: Carlo Magno (1952). Wieħed mimli riflessjonijiet u li mexxieni sabiex mhux biss f’dan, imma li mmiss mal-ktieb l-ieħor tiegħu Lo stato ghibellino di Federico II (1951), li nittama li ma ndumx ma naqra. Imma aktar f’dan ġie f’idejja, mill-istess xkafef, il-ktieb tal-istoriku Awstrijak Heinrich Fichtenau (1912-2000), The Carolingian Empire (1957). Dak li ntlift naqra fit-tul u fil-paġni mill-isbaħ li fih. Għax għalkemm hemm ħajjet l-Imperatur u kif għex bil-passi li nafu bihom, hemm iktar. Hemm studju iktar profond u spjegazzjoni tal-kuntest storiku li fih kien qiegħed jaġixxi.

Ibda
6. Hemm żewġ punti li jmexxuna f’dan. L-ewwel: iċ-ċentralità ta’ dan il-bniedem f’dak il-perjodu. Il-Kapitolu Charles the Great jibda proprju hekk: “No man’s stature is increased by the accumulation of myths, and nothing is detracted from genuine historical greatness by the consideration of a man’s purely human side. In order to analyse an epoch it is necessary to analyse the man who was at the centre, who determined its character and who was, at the same time, shaped and determined by it. It is therefore not mere curiostiy but an endeavour to fulfil the historian’s task if we strive to pierce and get behind the myth that has surrounded the figure of Charles.” (Ebda statura ta’ bniedem ma tiżdied b’kumulu ta’ miti, u xejn ma jitnaqqaslu mill-kobor storiku veru billi wieħed iħares biss lejn l-aspett uman. Sabiex tiġi analizzata epoka huwa neċessarju li tifhem il-bniedem li kien fiċ-ċentru, li fassal il-karattru u li kien, fl-istess ħin, imsawwar u determinat minnha. Għalhekk mhijiex biss kurżità imma missjoni li twettaq ħidmet l-istoriku jekk nippruvaw nifhmu x’hekk wara l-miti li kienu akkumpanjaw lil Karlu.)
It-Tieni
7. Fit-tieni punt hemm l-ispjegazzjoni ta’ dak li wassal sabiex il-Papa Ljun III (minn Diċembru 795 sal-mewt tiegħu f’Ġunju 816) sabiex jinkurunah Imperatur. Il-pożizzjoni tiżviluppa fl-isfond tal-preżenza tal-Imperu Biżantin f’Kostantinopli. F’lejn min il-Knisja Kattolika u l-Papa setgħu jduru għall-protezzjoni. Il-Franki fil-poter Karolingu kienu f’dan dawk li għażlu li jkunu Kattoliċi. Dawk li għażlu li jiddefendu l-Fidi. L-awtur fil-fatt jindika li Karlumanju kien influwenzat b’kitbet Santu Wistin fil-ktieb De Civitate Dei f’dak li mexxej Nisrani bħalu kellu d-dmir iwettaq fid-dawl tal-wirt li l-kultura Kristjana tagħti. Ikompli jfakkarna li l-bini li l-aħħar Imperatur tal-Lvant fl-Italja, Ġustinjanu l-Kbir ħalla f’Ravenna influwenzah f’dak li bena għalih f’Aix-la Chapelle. It-tielet, fl-għarfien li billi kif jikteb: “Even since the year 754, when the papacy had made them ‘protectors of the Roman Church’, the Carolingians have considered themselves, among kings, specially chosen by God.” (Mis-sena 74, meta l-Papa ħatarhom ‘protetturi tal-Knisja Rumana, il-Karolingi kkunsidraw irwieħhom, fost ir-rejiet, maħtura u magħżula mill-Ħallieq tagħna.)
Meta kont iżgħar
8. Filwaqt li qabel l-inkurunazzjoni ta’ Karlumanju fil-Milied tas-sena 800 kienet għalija tidher aktar parti minn ambizzjoni personali tiegħu, illum nifhem sfond ieħor. Dak li seħħ juri iktar li l-Papa Ljun III riedu jinħatar Imperatur biex ukoll jinqata’ mill-Orjent, u fl-istess ħin assigura li ċ-ċerimonju tkun preċiż bħal ma kienet dik tal-Imperaturi Rumani Nsara passati. Ried li jkun ċert li ma jiġix ikkritikat minn dak iċ-ċentru ieħor Nisrani sabiex ikun ċar li sar u ġie stabbilit wara tant sekli fil-punent “Imperium Christianum”. L-awtur jiddikjara hekk: “Thus Charles was declared emperor of Christendom. From now on he considered himself a true emperor, no longer inferior to any of the earlier emperors of the east.” (Għalhekk Karlu ġie dikjarat imperatur tal-Kristjaneżmu. Minn dak il-mument ikkunsidra ruħu imperatur veru, mhux iktar inqas, jew inferjuri għall-imperaturi preċedenti tal-lvant.)
Dak li seħħ
9. Fir-realtà, meta wieħed iħares lura u jikkunsidra dak li ġara jifhem kemm illum aħna nfluwenzati b’dan kollu. Dik l-inkurunazzjoni biddlet l-istorja tal-bniedem fl-Ewropa, u tagħna magħhom. Stabbiliet rabtiet u assigurat l-eżistenza tal-Knisja Kattolika. Karlumanju kellu l-ambizzjonijiet tiegħu u kien gwerrier formidabbli, imma f’dan serva sew. Ġieb paċi u stabbiltà f’soċjetà li għal numru ta’ sekli kellha problemi kbar. Bnedmin bħal dawn kienu u jibqgħu importanti anki wara elf, mitejn u tnax-il sena mit-28 ta’ Jannar 814. Aktar u aktar meta fir-riċerka storika li saret, u li għadha ssir, il-pożizzjoni tiegħu tafferma iktar ruħha fil-fatti ’l bgħid mill-miti u l-leġġendi li naturalment jikbru.

25.11.25
L-AGĦAR JATTAKKA L-AĦJAR
1. Il-ħsieb irid jiġi kkultivat, immaturat, mgħejjun sabiex jikber u jrendi l-ġid lill-bniedem. Mingħajr din l-attività nitilfu ħafna minn dak li aħna għandna nkunu verament. Dan sija fil-persuna tagħna stess: min aħna u fejn nimmiraw li nkunu, kif ukoll f’dik tas-soċjetà li ngħixu fiha, f’dik li rriduha tkun. Nistgħu nkunu ordinati, organizzati, attivi u nħarsu ’l quddiem bħala umani. Nistgħu nassiguraw li kemm jista’ jkun naġixxu sewwa fil-ħsieb li kull azzjoni tajba jew ħażina li nwettqu, biha ser naffettwaw lill-oħrajn, l-ambjent soċjali fis-sħiħ. Att tajjeb, fih innifsu, imiss lilna direttament. Inħossuna aħjar u nafu li mixjin fit-triq it-tajba. Dan imiss, direttament u indirettament, lil dawk li huma madwarna.
Kif għandna nkunu
2. Il-bniedem ilu sekli sħaħ jiddibattu u jikteb f’kif jaħseb li hu l-aħjar mod li bih is-soċjetà tiġi mibnija u organizzata. Uħud dehru li qed jitkellmu mingħajr kuntest jew realtà. Imma diversi kienu qed jirriflettu fuq is-sitwazzjonijiet soċjali u politiċi li kienu fihom. Uħud aċċettaw dak li kien hemm u b’pariri ppruvaw jibdlu lir-renjanti, lil dawk li kellhom il-poter assolut f’idejhom. Oħrajn ħolmu b’soċjetà ġdida differenti, qisu d-dinja setgħet tibda ddur mill-ġdid. Proġetti li wara Sir Thomas More (1478-1535), bil-ktieb tiegħu Utopia (1513) ġew ikklassifikati bħala ‘utopistiċi’. Dawk li wħud raw, f’dak li dan il-qaddis kiteb, il-proġett ta’ soċjetà li ma tistax tieħu l-ħajja. Dan għax għalkemm mibnija fuq premessi u intenzjonijiet mimlija bil-valuri, kienet qed tinjora lill-bniedem f’dak li hu u f’dak li l-istorja għaġnitu li jkun.
Xorta waħda
3. Warajh ġew diversi bi proġetti politiċi li wħud ġew implimentati f’termini puristi u oħrajn le. Karl Marx u d-dixxendenti tiegħu għaddew minn dan. Dak li seħħ fl-Unjoni Sovjetika hemm min jgħid li ma kienx it-twettiq kif kellu jkun, oħrajn le. Il-fatt però jibqa’ li miegħu ġew diversi oħrajn, f’reazzjonijiet varji, bl-isfumaturi żbaljati li n-Nażiżmu u l-Faxxiżmu ġiebu magħhom. Ħolm ta’ soċjetà perfetta, mibnija fuq is-suppost bnedmin perfetti u puri. Direzzjonijiet varji li meta mfassla fuq utopiji imprattikabbli, u inzi aktar indirizzati fuq kunċetti anti-umani, li jmorru kontra n-natura u d-dinjità tal-bniedem, ifallu. Xorta hemm diversi atti li saru li wieħed irid jikkonsidra u jeżamina sabiex jifhem x’effett u x’impatt kellhom fuq l-istorja u l-Istati. Xorta aktar li l-bniedem ma qatax qalbu milli jittama li huwa kapaċi jibni proġett utopiku li huwa iktar realistiku minn oħrajn qablu jew miegħu.
Wieħed għandu jistaqsi
4. F’dan, quddiem il-fallimenti ta’ proġetti politiċi fuq il-lemin u fuq ix-xellug fl-estremiżmi tagħhom, fil-puriżmi apparenti tagħhom, hemm pożizzjonijiet li żviluppaw. Iktar u iktar f’dawn it-tmenin sena mit-tmiem tal-aħħar gwerra dinjija jidher li barra l-paċi u l-organizzazzjoni nterna Ewropea waqfu dawk li kitbu kotba utopiċi ġodda kif nafuhom. Id-domanda li però baqgħet tiġi mistoqsija f’moħħ diversi, u hekk għadha. Ideat u kunċetti li l-perit u filosfu Amerikan Richard Buckminister Fuller (1895-1983), fil-ktieb miġbur mid-dixxendenti Utopia or Oblivion (2008) iħares fihom. Ktieb li, fl-introduzzjoni tiegħu, jibda b’dawn il-kliem: “All of humanity now has the option to “make it” successfully and sustainably, by virtue of our having minds, discovering principles and being able to employ these principles to do more with less.” (L-umanità kollha issa għandha l-għażla li “tirnexxi” b’suċċess u b’sostenibilità, bil-gwida li nidderieġu l-imħuħ tagħna biex jiskopru prinċipji li bihom ikunu kapaċi jwettqu iktar b’inqas.”
Dibattitu kontinwu
5. F’dan il-punt, fin-nuqqas ta’ kunċetti ġodda “utopistiċi” sibt ktieb interessanti li jiddibatti dan kollu fi sfond iktar preċiż u miftuħ: passat, preżent u futur. Il-ktieb Occidente senza utopie (2016) fih is-sabiħ ta’ żewġ trattati ta’ bnedmin intelliġenti u li huma akkademikament u politikament impenjati. Qrajt dak li l-istoriku u politiku Paolo Prodi (1932-2016), (li kien jiġi ħu l-ex Prim Ministru Taljan Romano Prodi), kif ukoll dak li l-filosfu u politiku Massimo Cacciari (1944) kitbu. It-tnejn b’linji etiċi differenti, imma jaqblu li hemm bżonn li l-bniedem jibqa’ joħlom u jħares ’il quddiem. Mingħajr dan, il-bniedem u s-soċjetà li jgħix fiha, imorru lura. Element neċessarju fl-eżistenza umana.
Ideat
6. It-tnejn huma trattati fi sfond akkademiku qawwi, però b’ħafna għerf politiku li tawhom l-esperjenzi diretti rispettivi tagħhom. Dawk li fil-ħajja tagħhom it-tnejn jindikaw li għad hemm lok għall-Utopija u li għad hemm bżonn ta’ bnedmin li jħarsu ’l quddiem f’dak li s-soċjetà għandha tkun. Difatti Cacciari jgħidilna hekk, fi kliem mill-iktar rilevanti għal-lum: “Sicurezza e pace non potranno mai essere garantite se Politica e Accademia non celebreranno indissolubili nozze. È la natura stessa dell’impresa scientifica a esigerle.” (Is-sigurtà u l-paċi ma jistgħu qatt ikunu garantiti jekk il-Politika u l-Akkademja ma jiċċelebrawx żwieġ li ma jinħallx. Huwa min-natura stess tal-kunċett xjentifiku li jitlobha.) Punti li jfakkruna iktar li jekk dan ma jsirx ser ikollna iktar politika amministrattiva, kif diversi uffiċjali tal-Gvern jissugraw li jkunu, minn dawk li kapaċi jibnu soċjetajiet aqwa milli għandna.
Sewwa nittamaw
7. F’dan, f’soċjetà fejn il-politika abbandunat l-ideoloġija taħt il-ħsieb li m’għadhiex iktar rilevanti, wieħed jistaqsi jekk dan huwiex minnu jew huwiex ir-raġuni ta’ deklin b’mod partikolari magħna li ninsabu fl-Oċċident. Dan fis-sens li għad għandna partiti politiċi li għandhom kunċett ċar fil-politika tagħhom ta’ x’tip ta’ soċjetà għandu jkollna. Meta wieħed jistaqsi l-politika xi trid twettaq ma ssibx linja sħiħa bażata fuq prinċipju etiku uniku, imma varjetà ta’ ideat li ħafna drabi anqas ma jiffunzjonaw jew jistgħu jiffunzjonaw flimkien. Dan iktar u iktar fid-dawl tal-fatt li fl-għażla li ġejja, il-Gvern irid iżomm il-poter f’idejh taħt il-messaġġ indirett li huwa hu biss li kapaċi jamministra tajjeb il-pajjiż, u huwa minħabba dan li jista’ jkun hemm xi forma ta’ progress.
L-Isfida u l-Proposta
8. F’dan, ovvjament, għal min irid iħares li jibni pajjiż oċċidentali bħal tagħna li jkollu kunċett ta’ ‘Utopia’ pożittiv u ċar ġej minn isfel għal fuq ċert li jagħraf li għandu s-sogru qawwi li jiġi akkużat li dan huwa fil-ħolm li ma jitwettaqx. F’dan wieħed irid jistaqsi ma’ dawn l-awturi proprju kemm hemm lok għat-tama. Cacciari, fil-ħsieb tiegħu, jgħidilna hekk: “Filone, soprattutto in Quod deterius, era giunto quasi a identificare essenza dell’uomo e speranza: ‘che cosa è più proprio dell’uomo della speranza? ‘solo chi è capace di sperare è uomo, il disperato non è uomo. Vivere è vivere nella speranza ripeterà Agostino. Ma la fondatezza della speranza è più entrambi “gioia prima della Gioia”, e proviene dalla fede in Lui.” (Filone, il-filosfu Lhudi, l-iktar fil-ktieb tiegħu Quod deterius potiori insidiari soleat, jasal viċin l-essenza tal-bniedem u t-tama: ‘x’inhuwa l-iktar proprju fil-bniedem mit-tama? Huwa dak biss li kapaċi jittama li huwa bniedem; l-iddisprat mhuwiex hekk. Li tgħix huwa li tgħix bit-tama, jirrepeti Santu Wistin. Imma l-bażi tat-tama hija iktar f’daqqa, hija “l-ferħ qabel il-Ferħ” u ġejja mill-fidi f’Alla.) F’dan nibqa’ nittama li nkun kontributur lejn proġett politiku ċar u futur. Nibqa’ nħoss fija l-ferħ qabel il-Ferħ li dan jista’ jsir għax hemm bażi fuq x’jista’ jsir. Għax l-agħar, minnu nnifsu, jattakka l-aħjar.

23.12.12
Ġustinu, Dun Gorġ, l-Insara u l-Midja *
1. Ħallejna warajna l-ġimgħa
biċ-ċelebrazzjoni tal-qaddis Palestinjan San Ġustin Martri. Għax l-1 ta’ Ġunju huwa l-jum fejn ta’ kull
sena l-insara jiftakru fih. Ġustinu tana
wirt kbir ta’ għerf warajh. Imwieled
pagan, ikkonverta għar-reliġjon u baqa’ jeżerċita l-ħaġa li l-aktar ħabb –
l-istudju tal-filosofija. Fil-fatt fost
kitbietu, li fortunatament għadhom għad-dispożizzjoni tagħna, huwa qabad
il-filosofi ta’ qablu u analizzahom wieħed wieħed, punt punt. Kitba ċara u li tixhed għall-għerf u l-moħħ
ċar li kellu. L-għan tiegħu kien u għadu
interessanti – dak li jxandar il-konoxxenza tal-Kristjaneżmu fid-dawl tal-ħsieb
li hija l-vera filosofija.
2. F’waħda mill-aħjar kitbiet tiegħu
magħrufa bħala “L-Ewwel Apoloġija” ndirizzata lill-Imperatur Antoninus Pius,
uliedu u s-Senat Ruman, huwa jitlob li l-insara ma jibqgħux iktar ikkundannati
għas-sempliċi fatt li jsejħu rwieħhom tali.
Jappella sabiex isir eżami preċiż, fil-fond u tajjeb ta’ dak li tfisser
il-kelma. Is-sistema ġudizzjarja kienet
qegħda tikkundanna liċ-ċittadini Rumani tagħha mhux fuq is-sustanza ta’
ħsibijiethom, iżda sempliċement jekk jidentifikawx rwieħhom bħala nsara. Ikkundannati għall-mewt għax identifikaw
rwieħhom mod u mhux ieħor, u għalhekk sofrew il-martirju eluf ta’
innoċenti. Ġustinu jirreżisti din il-linja
politika bil-qawwa u jgħid lill-Imperatur: “Il-ġustizzja titlob li inti tqis u
teżamina l-ħajja, sija ta’ min jiddikjara ruħu nisrani kif ukoll dak li le,
sabiex minn imġiebtu tidher apparenti u ċara x’tip ta’ bniedem huwa.”
3. L-argument ta’ Ġustinu jinżel iktar
fil-fond meta jiddikjara li, kuntrarjament għal dak li ngħad fuqhom, it-tagħlim
nisrani jitlob mill-bnedmin li jobdu l-awtorità ċivili. Huwa jispjega b’mod mill-iktar ċar li
l-insara huma ċittadini eżemplari, mgħallma sabiex jimxu mal-liġijiet u
jikkomportaw rwieħhom tajjeb. Mhux biss,
anzi jinsisti li l-insara ġew mgħallma u għalhekk għandhom jagħtu lil Ċesri dak
li hu ta’ Ċesri. Ikompli jgħid lil
Antoninus Pius: “Għalhekk lil Alla biss aħna naduraw, imma fi ħwejjeġ oħra
nservuk b’ferħ, naċċettawk bħala re u ħakkiem tal-bnedmin, u nitolbok li
teżerċita l-poter li għandek b’ġudizzju tajjeb.”
4. Proprju fl-eqqel tas-saħħa ta’ l-Imperu
Ruman, bnedmin bħal Ġustinu (li la kienu politiċi, la kienu suldati u lanqas xi
uffiċjali ta’ l-Istat) waqfu bl-ideat tagħhom għall-poter materjali ta’
l-Istat. Għamlu l-punt tagħhom ċar u ma
beżgħux mill-forza fiżika ta’ ħaddieħor.
Sfidaw għas-sewwa.
Il-persekuzzjoni umana ta’ dawn l-ulied umli u intelliġenti ma għadniex
nitkellmu dwarha għax għal xi wħud saru antikwati. Għadda żmienha però rridu nammettu li
preżentement għaddejja mewġa oħra u differenti ta’ persekuzzjoni. Il-ħtija li tinxteħet, l-attakki u
l-ostraċiżmu li jsiru fil-jiem moderni mill-midja sija fuq l-ideat insara kif
ukoll fuq dawk li jħaddmuhom huma fl-ordni tal-ġurnata, sija direttament kif
ukoll indirettament, ta’ xi wħud.
5. L-imġieba u r-rettitudni morali bażata
fuq filosofija tal-ħajja retta ta’ diversi persuni, illum il-ġurnata flok hija
apprezzata hija disprezzata. L-għażla
bejn dak li huwa tajjeb u dak li huwa ħażin, bejn il-valuri u l-vizzji qegħda
bil-mod il-mod tiġi mwarrba. Flok iswed
u abjad għandna griż biss. Ma hemmx
anqas ir-rispett lejn min għandu dawn l-ideat retti u li fuqhom bnejna l-bażi
tal-kostituzzjonijiet Ewropej ma huwa kkunsidrat. Kull min ma jaqbilx mad-divorzju, ma’
l-abort, ma’ l-ewtanasja, maż-żwiġijiet bejn nies ta’ l-istess sess huwa
deklassat u identifikat bħala inadegwat għax nisrani.
6. Dawn l-ideat ħaddnuhom ir-Rumani. Nittama li kull min iħoss li għandu kultura
qara kitbiet Wistin ta’ Ippona li dettaljatament jispjega liema huma
r-raġunijiet tat-tmiem ta’ dik il-belt kbira.
Wistin janalizza b’mod sekulari u lajk għala d-drawwiet u liġijiet
ħżiena ta’ Ruma ġibuha fit-tmiem. Kien
xhud tal-verità. Għax it-toroq
tal-virtù, meta ma timxix magħhom, ikollok konsegwenzi soċjalment ħżiena. Konsegwenzi li tintebaħ bihom frott
l-esperjenza umana li tfisser li l-effetti ħżiena jbatuhom iċ-ċittadini mhux
min jgħallem. Meta wieħed jibni
struttura soċjali ta’ Stat - hu liema hu - fuq pedament li jinjora l-esperjenzi
qarsa li l-umanità ġarrbet fis-sekli passati jkun qiegħed jikteb it-tmiem
tiegħu.
7. Illum pajjiżna qiegħed jieqaf iħares u
jipparteċipa fiċ-ċerimonja tal-kanonizzazzjoni ta’ Dun Ġorġ Preca ġewwa l-Vatikan. Dun Ġorġ kien bniedem qaddis, però kien hekk
għax bena organizzazzjoni fuq ordni morali superjuri. Flok skarta t-tagħlim li l-bnedmin li
jidentifikaw rwieħhom bħala nsara ġabru tul is-sekli, bena fuqhom. Ħa l-aħjar tagħhom u bl-umiltà tiegħu ħa
ħsieb li jiżra żerriegħa li ma tistax tieqaf tagħti frott. Bħal San Ġustinu ma beżax jgħid u jgħix ta’
nisrani sa’ l-inqas dettall.
8. Ġustinu bata l-martirju għax ħaddan ideat
ġodda, dawk insara mibnija l-kontra ta’ dak li l-paganiżmu kellu. Il-persekuzzjoni ta’ l-insara wasslet
għall-qtil ta’ diversi innoċenti. Illum
m’hemmx l-areni rumani, anqas il-qtil tal-bnedmin, però għaddejja forma ta’
persekuzzjoni differenti. Waħda li
twaqqa’ għaċ-ċajt u tipproċessa pubblikament min iħaddanhom. Nittama li l-kanonizzazzjoni u l-eżempju ta’
ħajjet Dun Ġorġ Preca jibdlu l-affarijiet u jkun hemm apprezzament mill-ġdid
ta’ xi tfisser li tkun u tgħix ta’ nisrani mill-midja. Għax in-nisrani huwa hekk għax jibni ħajtu
fuq il-verità u fit-tfittxija kontinwa tagħha.
Għalhekk l-insara huma ċittadini eżemplari però mhux dejjem apprezzati.
* Dan l-Artikolu kien deher fl-2007.
Subscribe to:
Posts (Atom)
ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET
35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...