2.4.25

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

26873. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25713, jista’ l-Ministru jindika bil-preċiż il-laqgħat li għandu jattendi jew li diġà attenda bid-dati relattivi?

 

25/03/2025

 

ONOR. JONATHAN ATTARD:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-7 ta’ Marzu ta’ din is-sena attendejt għal-laqgħa tal-Justice and Home Affairs Council. Apparti din sa’ l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025, hemm skedati Justice and Home Affairs Councils ieħor ġewwa l-Lussemburgu, kif ukoll laqgħat u konferenzi varji fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa ġewwa Strasburgu.

 

Seduta  328

01/04/2025

No comments:

BORMLA - PJAZZA GAVINU GULIJA – TISWIJA TA’ ĊANGATURA

26964. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħ...