26278. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk matul is-snin 2021, 2022, 2023 u 2024 biex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
05/03/2025
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill
Lokali ta’ Marsaxlokk li matul is-snin imsemmija ma ppubblika l-ebda rivista
minħabba li juża mezzi oħra biex ixerred l-informazzjoni.
Seduta 327
26/03/2025
No comments:
Post a Comment