26958. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26275, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex preparat rapport tekniku dwar ir-raġunijiet li wasslu għall-kollass kważi totali ta’ Triq Paola, Ħal Tarxien? X’tip ta’ xogħol rimedjali ser ikun eżegwit u kemm ser jiswa? Jista’ jgħid ukoll jekk dan huwiex ser jitlesta qabel tibda l-festa tar-raħal?
28/03/2025
ONOR. CHRIS
BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin
isiru it-testijiet neċessarji fuq servizzi li hemm eżistenti kif ukoll
evalwazzjoni tal-ħsara li hemm u x’seta’ ikkawża din ħsara biex b’hekk jista’
jiġi stabbilit ix-xogħol ta’ rimedju li jrid isir. Il-pjan hu li x-xogħol ta’
rimedju jsir fis-sajf hekk kif kien mifthiem mal-Kunsill Lokali u għaldaqstant
wara l-festi tal-lokal.
Seduta 331
08/04/2025
No comments:
Post a Comment