26877. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi fil-Palazz tal-Inkwiżitur il-Birgu matul l-2024? X’kien id-dħul miż-żjarat fil-Palazz u kemm kien id-dħul mill-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet?
25/03/2025
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat li fl-2024 żaru l-Palazz
tal-Inkwiżitur 52,816 viżitatur. Id-dħul miż-żjarat ammonta għal €198,458.11,
filwaqt li d-dħul mill-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet kien ta’ €6,178.67.
Seduta 328
01/04/2025
No comments:
Post a Comment