4.10.23

IŻ-ŻEJTUN – ROTTA 84 TAT-TRASPORT PUBBLIKU

11111. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jara li r-rotta 84 fiż-Żejtun ikollha ħinijiet aħjar billi ssir kull 30 minuta u li l-iskedi jinżammu għaliex hemm diversi residenti li qed isofru? Jista' jara wkoll li l-istess rotta tgħaddi minn Triq il-Qadi kollha, ġewwa ż-Żejtun?

 

18/07/2023

 

ONOR. AARON FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 84 diġà topera bi frekwenza ta’ kull nofs siegħa. Ninsab infurmat ukoll li ittieħdet nota għal aktar konsiderazzjoni tas-suġġeriment li tiġi estiża din ir-rotta sabiex tkopri Triq il-Qadi, kollha.

 

Seduta  150

03/10/2023

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...