11.10.23

IŻ-ŻEJTUN – FAĊILITAJIET TAL-BCRS

11120. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża: Tista’ l-Ministru tara li jkun hemm iktar faċilitajiet tal-BCRS ġewwa ż-Żejtun billi fil-preżent  hemm waħda?

 

18/07/2023

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninsab infurmata li, sad-data tat-tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari, fiż-Żejtun hemm installati Retail reverse vending machine hub abbonat ma’ bejjiegħ tal-imnut partikulari, li jinkludi 5 reverse vending machines; Public reverse vending machine hub, li tinkludi 2 reverse vending machines fi Triq Toni Zahra; kif ukoll Jumbo RVM depot f’Bulebel Industrial Park, li jinkludi magna li tieħu l-kontenituri f’daqqa flimkien ma’ 3 reverse vending machines. Barra minn hekk, il-konsumaturi għandhom id-dritt li jirritornaw il-kontenituri fil-ħwienet minn fejn jinxtraw.

 

Seduta  152

09/10/2023

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...