11306. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7947, jista’ l-Ministru jgħid meta huwa previst li s-sejħa pubblika relattiva ser toħroġ għax-xogħol ta’ riparazzjoni fl-ismoking room f’Bighi?
05/09/2023
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li s-sejħa għall-offerti (tender) issa għalqet u dalwaqt jiġi fi tmiemu l-proċess ta’ evalwazzjoni li jwassal għall-award tal-kuntratt tax-xogħol.
Infurmat ukoll li jekk ma jkunx hemm appelli mid-deċiżjoni, ix-xogħlijiet
mistennija jibdew lejn l-aħħar ta’ din is-sena.
Seduta 158
23/10/2023
No comments:
Post a Comment