5.11.20

Kappella ta’ Santa Katarina fil-Gudja – xogħol ta’ restawr

 


*16369. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol ta’ restawr qed isir fil-Kappella ta’ Santa Katarina fil-Gudja? Jista’ jindika kemm se tiġi tiswa u meta hu previst li tiġi finalizzata?

02/09/2020

 ONOR. OWEN BONNICI: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ restawr fuq il-ġebla kemm barra kif ukoll ġewwa qed isir minn studenti tal-MCAST li jagħmlu parti mill-kors ta’ Mastru taħt is-superviżjoni tal-letturi tal-MCAST. Ix-xogħol hu previst li jiġi konkluż fl-2022. Dan jiddependi wkoll minn kemm studenti jagħżlu li jkunu parti minn dan il-programm ta’ taħriġ fis-snin li ġejjin. Il-materjal qed jiġi pprovdut mill-Parroċċa tal-Gudja. Jista’ jkun hemm xi spejjeż relatati maċ-ċaqlieq tal-armar iktar ‘il quddiem.

Seduta Numru 375
21/10/2020

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...