16376. L-ONOR CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13373, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress rigward il-ground Peppi Delceppo f’Bormla?
02/09/2020
ONOR.
JOSÈ HERRERA:
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’
Bormla illi tqabbad perit sabiex jagħmel reviżjoni tal-bills of quantities.
L-imsemmija tpoġġew għad-diskussjoni u ġew approvati mill-Kunsill Lokali waqt
seduta li nżammet f’Awissu 2020.
Ninsab infurmat ukoll illi se tinħareġ sejħa għall-offerti
għar-riġenerazzjoni tas-sit.
No comments:
Post a Comment