22.11.20

BIGHI – SMOKING ROOM

 

 

17186. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu sabiex dik li qabel kienet l-Ismoking Room f’Bighi tiġi kkurata u restawrata billi issa sejra ferm iktar lura?

 

09/11/2020

 

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li għalkemm ix-xogħol ta’ restawr  u snajja oħra fuq l-iSmoking Room jew Smoking Shed f’Bighi bħalissa wieqaf minħabba prijoritajiet oħra tal-aġenzija, f’Ottubru 2019 saru xi interventi strutturali sabiex ix-Shed tiġi ssudata u ma tkomplix sejra lura.

 

Seduta  400

16/11/2020

No comments:

SANTA LUĊIJA - INFRASTRUCTURE MALTA - SPIŻA FUQ TOROQ

31629. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid...