7714. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma
lill-Kamra jekk l-Għassa tal-Pulizija ġewwa Wied il-Għajn hux ser tiċċaqlaq
minn fejn qiegħda u tinbena oħra? Jekk iva, meta huwa previst li ser tinbeda?
05/11/2018
ONOR. MICHAEL
FARRUGIA: Ninsab infurmat li kif diġà ngħad fit-tweġibiet
għall-Mistoqsijiet Parlamentari fuq dan is-suġġett, bl-aħħar tweġiba f’Mejju
ta’ din is-sena, nikkonferma li l-għassa tal-Pulizija f’Wied il-Għajn mhux ser
tibqa’ fejn kienet u ser tinbena oħra flokha f’sit fejn diġà hemm il-permess
tal-Awtorità tal-Ippjanar. Ix-xogħol tal-bini hu previst li jinbeda malli
l-proċessi ta’ tendering li diġà bdew, jintemmu.
Seduta 168
14/11/2018
No comments:
Post a Comment