7702. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’
l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement
f’Ħal Tarxien, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom, huwa inqas minn €600 fix-xahar?
Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’
jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
05/11/2018
ONOR. MICHAEL
FALZON: Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi,
l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta
oħra.
Seduta 166
12/11/2018
No comments:
Post a Comment