14.11.18

RAĦAL IL-ĠDID – ĠNIEN DOM MINTOFF – XOGĦOL


  
7703. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol sar tul din is-sena fi Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal il-Ġdid?

05/11/2018

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul din is-sena saru numru sostanzjali ta’ xogħlijiet fi Ġnien Duminku Mintoff. 
·              Saru passaġġi skont id-disinn il-ġdid b’sub-base li jinkludi fih is-servizzi kollha neċessarji ta’ dawl u ilma. 
·              Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar minn 500 metru kubu ta’ ilma, bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita li jinġema’ fil-wied. 
·              Ġiet mibnija ukoll pump room  bil-għan li l-ilma li jinġabar fil-ġibjuni jerġa’ jintuża għat-tisqija tal-pjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu ż-żewġ water features li saru. 
·              Saru żewġwater features - waħda naturali u oħra magħmula apposta għad-divertiment tat-tfal. 
·              Sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol ta’ tisbiħ u landscaping.
·              Inżabru s-siġar kollha tal-ġnien, tpoġġiet ħamrija ġdida, kif ukoll 50 siġra u 2000 pjanti ġodda. 
·              Ġiet installata ukoll sistema totalment ġdida ta’ irrigazzjoni, bankijiet, bike racks  u kontenituri tar-reċiklaġġ.

Seduta  166
12/11/2018

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...