14.11.18

KUNSILL GĦALL-MALTIN LI JGĦIXU BARRA MINN MALTA - ROADMAP



7699. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-roadmap li saret referenza għaliha fl-aħħar rapport annwali tal-Kunsill għall-Maltin li jgħixu barra minn Malta?

05/11/2018

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Roadmap hekk kif maqbula mill-membri tal-Kunsill tal-Maltin li jgħixu barra fil-laqgħa tal-istess Kunsill li saret nhar it-13 u l-14 ta’ Ottubru 2017, hija hekk kif tidher hawn taħt:


Akkademiċi / Studenti / Riċerkaturi



Proposti
Għaliex
Bilbljografija tad-Dijaspora Maltija komprensiva tkun disponibbli għall-pubbliku in ġenerali
Sabiex tassisti u tinkoraġġixxi iktar akkademiċi/studenti/riċerkaturi jistudjaw dan il-qasam
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol (MEDE) jidħol fi ftehimiet ma’ stampaturi sabiex ipoġġi kemm jista’ jkun kotba bil-Malti, kotba tal-kurrikulu, publikazzjonijiet relatati mal-migrazzjoni u kwistjonijiet ta’ Dijaspora bħala kotba elettroniċi u l-pubblikazzjoni ta’ din il-lista
Aċċessibbli b’xejn jew bi ħlas minimu.  Jiġu ffrankati spejjeż eżorbitanti relatati mal-posta tal-forma mitbuħa lejn pajjiżi tad-Dijaspora.  Skejjel tal-lingwa Maltija jkunu jistgħu jniżżlu l-kotba fi ftit ħin minflok li jixtru onlajn u jistennew sabiex jitwasslu għandhom.
Tiġi kompilata lista ta’ teżijiet / dissertazzjonijiet / kotba / CDs / DVDs
Sabiex jiġi aġġornat u mtejjeb b’mod kontinwu l-ikbar Ċentru ta’ Riżorsi tad-Dijaspora Maltija fid-dinja  – il-Mużew tal-Migrazzjoni Maltija
Opportunitajiet għal studenti tad-Dijaspora (mid-dinja kollha) sabiex jaħdmu mad-DMLA
Sabiex jiksbu esperjenza diretta fil-qasam tad-Dijaspora
Programm ta’ Visa għal Btala ta’ Xogħol (WHV) mal-Istati Uniti u l-Kanada
Bħall-eżempju Awstraljan, għandha tinħoloq WHV simili u miftehma mal-pajjiżi rispettivi
Istruzzjoni professjonali għal studenti u riċerkaturi fil-Qasam tad-Dijaspora
L-għajnuna għandha tiżdied u tiddiversifika f’forma ta’ istruzzjoni professjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet fi proġetti ta’ riċerka u assignments rispettivi
Lectures pubbliċi dwar il-Qasam tad-Dijaspora
DMLA għandha l-mira li tkompli toħloq kuxjenza pubblika permezz ta’ lectures mogħtija mhux biss fl-Universitàta’ Malta imma wkoll fil-livell sekondarju, MCAST, ITS eċċ.



Il-Familja



Ċentri ta’ Programmi ta’ Ri-integrazzjoni ‘Welcome Back Home’ – wieħed ġewwa Malta u l-ieħor ġewwa Għawdex
Migranti Maltin u Għawdxin li jirritornaw fostna għandhom ikunu megħjuna b’informazzjoni u direzzjoni f’diversi oqsma sabiex jerġgħu jintegraw malajr kemm jista’ jkun fis-soċjetà Maltija.   Xi eżempji jinkludu:  għajnuna fl-importazzjoni ta’ affarijiet personali; postijiet għal tfal fl-iskejjel; il-kisba ta’ dokumenti tal-identità; it-tiftix ta’ impjieg; akkomodazzjoni; ftuħ ta’ kont bankarju eċċ.
Għandu jiġi mwaqqaf tribunal sabiex iwassal għal ftehim f’każ ta’ diżgwid familjari dwar postijiet battala f’Malta
Madwar 65,000 post abitabbli f’Malta huma battala li 75% minnhom huma relatati ma’ diżgwid familjari bejn familji b’membri Malta u oħrajn fid-Dijaspora.  Tribunal simili jista’ jiffaċilita u jħaffef is-sejbien ta’ soluzzjoni għal tali nuqqas ta’ ftehim u proprjetà mitluqa u delapidata tkun tista’ terġa’ tibda tintuża.



Pensjonanti u Anzjani



Gvern jintervjeni għal dawk li jirċievu pensjoni mill-Istati Uniti
Migranti Maltin u Għawdxin li jerġgħu jiġu lura u jirċievu pensjoni mill-Istati Uniti ma jistgħux isarrfu ċ-ċekkijiet tagħhom lokalment jekk mhux fl-HSBC u meta jħallsu rati għolja.
Il-Gvern għandu jikkunsidra li jixtri biljetti tal-ajru Awstralja-Malta-Awstralja bl-ingrossa għal dawk il-Maltin anzjani (‘il fuq minn 65 sena?) li qatt ma reġgħu ġew lura Malta sabiex ikunu jistgħu jixtru biljetti tal-ajru b’irħas u jżuru l-qraba tagħhom f’Malta.
Mijiet ta’ anzjani Maltin, partikularment fl-Awstralja u New Zealand, qatt ma rnexxielhom jerġgħu lura u j¿uru lil Malta fi kważi nofs seklu.  Il-Manifest elettorali jiddikjara li l-Gvern għandu jaħdem u jissielet kontra l-iżolazzjoni tal-anzjani Maltin.
Politika Nazzjonali tal-Anzjani
Il-Gvern ta’ Malta għandu jikkunsidra bis-serjetà il-ħolqien ta’ Politika Nazzjonali għall-Anzjani b’konsultazzjoni mill-qrib mas-CMLA sabiex jassikura l-inklużjoni tad-dimensjoni tad-Dijaspora.



Żgħażagħ



Il-Politika Nazzjonali ta’ Malta għaż-Żgħażagħ (2015-2020)
Aġġornament perjodiku tal-Politika Nazzjonali ta’ Malta għaż-Żgħażagħ.
Għandhom jitwaqqfu Skambji ta’ Żgħażagħ bejn il-pajjiżi prinċipali tad-Dijaspora u Malta preferibbilment bl-użu ta’ fondi mill-UE
Skambji transkulturali huma element ewlieni li jinkoraġġixxi iktar rabtiet futuri bejn il-popli, speċjalment iż-żgħażagħ.  Oqsma li għandhom jiġu kkunsidrati jistgħu jinkludu:   l-istħarriġ tal-għeruq f’Malta, il-kitba tal-istorja tal-familja, il-ġineoloġija u l-wirt ta’ titli nobbli



Gvern ta’ Malta



Punt ċentrali ta’ referenza f’kull Ministeru tal-Gvern għad-Dijaspora Maltija
Kwistjonijiet bħal sistema ta’ twissija bikrija (‘early warning system’); dwar konsultazzjonijiet, politika nazzjonali, emendi lokali, reġjonali, ċentrali u bye-laws, eċċ
Kors fl-Istitut għas-Servizz Pubbliku (IPS) dwar id-Dijaspora Maltija
Għandu jiġi fformulat Kors ta’ tliet sessjonijiet li jqajjem kuxjenza u jipprovdi informazzjoni u li jiġi mogħti perjodikament fl-IPS u skont fejn hemm bżonn
Ismijiet tad-Dijaspora Maltija fil-lista ta’ Unuri Bijannwali ta’ Malta
L-Uffiċċju tal-Kabinett tal-Prim Ministru ta’ Malta għandu jirrakkomanda li fuq kull lista ta’ Unuri għandu jkun hemm mill-inqas isem wieħed ta’ persuna Maltija minn kull pajjiż tad-Dijaspora Maltija (Awstralja, Kanada, Stati Uniti, Renju Unit u oħrajn) li ddistingwew ruħhom f’qasam partikulari
Kotba kurrikulari/CDs għat-tagħlim tal-lingwa Maltija
Sakemm il-kotba kurrikulari kollha għat-tagħlim tal-Malti ma jiġux trasferiti fil-format elettroniku, il-MEDE għandu jipprovdi klassijiet u skejjel tat-tagħlim tal-Malti (fl-Awstralja, il-Belġju, il-Kanada, iċ-Ċina, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti) b’kotba kurrikulari aġġornati fuq bażi regulari.
CMLA/DMLA għandhom ikunu rappreżentati f’ċerti Bordijiet tal-Gvern ta’ ċerta importanza
Il-Kunsilliera tas-CMLA u d-Direttur tad-DMLA għandhom jipparteċipaw f’Bordijiet tal-Gvern bħal: Il-Kunsill għall-Ilsien Malti; il-Bord tal-Akkomodazzjoni għall-Anzjani; il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ; il-Kunsill Reġjonali ta’ Għawdex; il-Malta Enterprise; u Finance Malta.
CMLA/DMLA għandhom jipproponu lill-Gvern, personalitajiet tad-Dijaspora li għandhom għarfien espert ta’ ċerti oqsma sabiex jiġu flimkien u jikkunsidraw possibiltajiet kummerċjali, kulturali eċċ.
DMLA iġġib flimkien personalitajiet u organizzazzjonijiet tad-Dijaspora Maltija f’oqsma bħal: l-industrija tal-films, informazzjoni teknoloġika, kummerċ, niche markets ġodda, turiżmu reliġjuż eċċ.



Seduta  166

12/11/2018

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...