1.Tul din il-gimgha sewwa
ghamel l-Kap tal-Opposizzjoni Dr.Adrian Delia li qajjem ghad-diskussjoni l-effetti tal-hrug tar-Renju
Unit mill-Unjoni Ewropeja fuq pajjizna. Ma ahniex il-bghid xejn. Ftit xhur ohra
nkunu nafu ftit iktar. Ftit iktar ghax il-posizzjoni ma hiex cara. Ma huwiex
car bil-preciz sejjer jsir u kif. Diga nafu kemm l-Gvern ingliz mmexxi minn
Teresa May ghadda u ghadu ghaddej minn bahar imqalleb. Ma kull gimgha naraw
xenarju differenti. Daqqa l-affarijiet sejrin tajjeb u daqqa jidhru sejrin
kompletament hazin. Hemm posizzjonijiet li jitolbu minna lkoll attenzjoni ghax
jigri x’jigri ser naraw tibdiliet f’dawn l-gzejjer.
Responsabbilita Ikbar.
2.Bhala opposizzjoni ngharfu
li hija responsabbilita politika ikbar . Proprju ghax nafu li qedhin nmissu ma
diversi rabtiet li b’dan il-pass ser jinqatu f’certu setturi u fuq n-nahha
l-ohra ser jkun difficili biex jinbdew f’ohrajn esistenti jew godda. Hemm dawk
li jistghu jidhru partikolari bhal fatt li ghandna madwar tmenin elf persuna
maltija u ghawdxija li qedhin fir-Renju Unit. Ghandek tletin elf cittadin
taghna jghix hemm u madwar hamsin elf ohra li huma ulied tan-nazzjonalita
taghna. Ghandna ukoll numru sew ta’ studenti jistudjaw u akkademici li
nikkalkulaw li jaqbzu flimkien s-sitt elef li huma marbuta f’universitajiet b’presenza
soda f’dawk skoccizi. Ghandna madwar nofs miljun turist mir-Renju li jigu f’pajjizna
kull sena , u b’madwar mitt elf maltin li jmorru hemm ghar-ragunijiet varji.
L-Aspett Kummercjali.
3.Fuq in-nahha l-ohra ghandek
il-posizzjoni iktar u iktar qawwija tar-rabtiet kummercjali taghna maghhom.
Huwa kkalkolat li tnax fil-mija tal-kummerc barrani taghna jsir ma dan l-poplu
, li jfisser skambju ta’ vicin s-sitt miljun ewro. B’numru sew ta’ kumpaniji
kummercjali f’pajjizna li ghandhom ishma jew interess kummercjali f’kumpaniji
li qedhin fir-Renju Unit. Kif ukoll b’numru ikbar ta’ kumpaniji zghar u medji
li jiddependu fuq dik ir-rabta sabiex jimpurtaw l-materjal prim li jahdmu bih.
Bidliet dawn kollha ser jaraw. Ghax dak li qabel kien facili u mhux burokratiku
issa ser jsir komplikat. Il-fruntieri ser jigu ntrodotti lura ghax r-Renju Unit
ser jsir legalment pajjiz terz.
L-Aspett Legali.
4.Ghandek f’dan kollu fuq wara
li jsostni l-qafas shih tal-affarijiet l-ligijiet. Issa pajjizna diga kellu
numru sew ta’ regoli li kienu partikolari ghalih proprju ghax konna ex-kolonja
ingliza. Diversi ligijiet li kienu saru meta kienu f’pajjizna ghadhom
fis-sistema taghna. Ghandna ohrajn li saru u thaddmu bejn z-zewg nahhat qabel
ahna sirna parti mill-Unjoni Ewropeja. Hemm diversi ohra li gibna fis-sehh biex
jkunu l-istess jew vicin hafna dawk tar-Renju Unit f’dak li huma aspetti
finanzjarji. Certament t-tnejn ghandna bhalissa qafas ta ligijiet “ewropej” li
bnejna flimkien tul z-zmien li ahna t-tnejn membri attivi fl-Unjoni Ewropeja.
Dawn issa ser jiccaqilqu b’xi mod sija jekk jsir ftehim bejn ir-Renju Unit u
l-Unjoni Ewropeja dwar l-hrug ta’ dan il-pajjiz kif ukoll jekk le.
Kumitat Parlamentari.
5.Dawn ix-xenarji u
cirkostanzi ngharfu li huma ta’ piz kbir. Ngharfu li ebda partit politiku ma
jistgha jiehu d-decizjonijiet wahdu fuq dak li ser jigri. Proprju minhabba
f’hekk li xhur sew ilu l-kollega David Stellini u jien konna tlabna
lill-kumitat parlamentari maghruf bhala Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet
Barranin u Ewropej biex niddiskutu dan is-sugett. Hemm vantaggi varji fuq dan.
Ministri, segretarji parlamentari u ufficjali varji jistghu jigu jirrapurtaw
fejn waslu d-diskussjonijiet. B’dak li jinghad jqum dibattitu ta’ aktar
gharfien fuq l-implikazzjonijiet u konsegwenzi. Iktar minn hekk persuni li
qedhin d-dar li jinzertaw jaraw l-istazzjoni tal-parlament taghna jifhmu u jigu
mgharfa aktar. Forsi xi gurnali jistghu jirrapportaw ukoll. Dan
ghall-opposizzjoni huwa process necessarju u bzonnjuz, demokratiku, trasparenti
u informattiv.
Dibattitu fil-Kumitat.
6. Tul il-gimgha nhar
it-tlieta li ghaddew l-kumitat li semmejt ltaqgha u ghalih gew zewg ministri
Helena Dalli u Carmelo Abela kif ukoll l-persuna nkarigata minn dan l-process
Olvin Micallef. L-informazzjoni li nghatat kienet siewja ma hemmx dubbju. Qam
dibattitu fuq numru ta’ punti u l-opposizzjoni ghal darb’ohra uriet li tifhem
il-konsegwenzi u tifhem li hemm bzonn ghaqda fuq dak li qieghed jsehh. Ma hemmx
xejn zbaljat li wiehed jiddiskuti mhux biss fuq punti generali ta’
informazzjoni imma iktar u iktar fuq s-setturi varji. Bhala opposizzjoni ser
nkunu qed nkomplu nippartecipaw attivament u ninsistu li s-setturi kollha
jingiebu fil-kumitat. Hemm rapporti li saru jew qed jsiru. Hemm l-aspetti li
semmejt hawn fuq imma hemm diversi ohra marbuta per ezempju mas-sahha jew
mal-pensjonijiet jew mal-beneficcji varji. Hemm ukoll ohrajn li jistgha jkun
ukoll li ma ahniex nindunaw bihom.
Preparazzjoni Kbira.
7.F’dan hemm bzonn
preparazzjoni kbira. Anki jekk nifhmu li ftit xhur qabel l-elezzjoni
tal-parlament ewropew ser nkunu nafu kif ser jsir l-hrug tar-Renju Unit xorta
ghandna hafna x’nippreparaw ghalih. Jekk jkun hemm ftehim parti
mill-komplikazzjonijiet jistghu jonqsu. Mhux necessarjament. Ghax dak li jolqot
lilna partikolarment jaf ma jmissx lil ohrajn. Kemm n-negozjatur ewlieni
tal-Unjoni Ewropeja Michel Barnier jsir konxju ta’ dan jiddependi minna lkoll.
Ghalkemm minn dak li gie rappurtat fil-kumitat jidher li huwa disponibbli
irridu nkunu certi li l-punti nazzjonali taghna jigu indirizzati. Mhux facili
imma huwa process li fih anki l-Kamra tad-Deputati tistgha tippartecipa.
Minghajr ftehim.
8. Fuq in-nahha l-ohra
l-kumplikazzjonijiet jikbru ferm jekk r-Renju Unit johrog f’Marzu li gej
minghajr ftehim. Ghax meta hemm ftehim nifhmu li numru sew ta’ punti ser jigu
regolati fuq livell tal-Unjoni li jolqot lil kulhadd. Biss meta r-Renju Unit
johrog minghajr ftehim dan jfisser li rridu nidhlu f’trattativi diretti maghhom
dwar kif ser jkunu l-posizzjonijiet legali taghna maghhom. Issa jekk fil-bidu
dan x-xenarju ma konniex qed narawh illum c-cirkostanzi nbidlu. F’din
l-eventwalita pajjizna jrid jkollu diga minn issa linja cara u bnedmin
preparati jibdew jinnegozjaw mill-ewwel. L-ghar f’dan kollu hija l-incertezza u
l-incertezzi li sitwazzjoni tali taghti.
N-Naqsu l-Effett Negattiv.
9.Forsi jqum l-argument li
diversi diga hasbu ghal rashom. Li ccaqilqu jew giebu lilhom nfushom ma
jiddependux mir-Renju Unit. Biss hemm u ser jibqa jkun hemm hafna ohrajn li ma
jistghux jaghmlu mod iehor. Li l-hajja taghhom tiddependi fuq din ir-rabta.
Dawn hemm bzonn li nidentifikawhom iktar u nresquhom l-quddiem
fil-prijoritajiet nazzjonali taghna minn issa. Ghax r-rejalta u c-cirkostanzi
shah ta’ dak li gej ghalina irridu nkunu konxji taghhom biex niehdu
d-decizjonijiet politici t-tajba. Bhala opposizzjoni ngharfu li dan kollu ma
huwiex facili. Proprju ghalhekk li fl-interess nazzjonali nemmnu li bl-uzu
tar-raguni nistghu nnaqsu kemm nistghu l-impatt negattiv ghalina ta’ din
id-decizjoni politika.
No comments:
Post a Comment