7711. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma
lill-Kamra kemm hemm persuni fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni? Jista’ l-Ministru jgħid meta waslu f’pajjiżna
l-persuni u l-immigranti rregolari li preżentement huma fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni?
05/11/2018
ONOR. MICHAEL
FARRUGIA: Ninsab infurmat li preżentament sas-6 ta’ Novembru
2018, il-popolazzjoni ġewwa Safi Barracks hija ta’ 11-il persuna.
Id-data tal-wasla hija li ġej :
11 ta’ Ottubru 2017 persuna waħda
10 ta’ Jannar, 2018 2 persuni
5 ta’ Mejju 2018 persuna waħda
13 ta’ April 2018 persuna waħda
8 ta’ Awwissu 2018 2 persuni
15 ta’ Settembru, 2018 persuna waħda
23 ta’ Ottubru 2018 persuna waħda
30 ta’ Ottubru 2018 persuna waħda
6 ta’ Novembru 2018 persuna waħda
Tajjeb li wieħed jgħid li
uffiċjali tad-Detenzjoni jipparteċipaw f’xogħol ieħor biex jassistu l-AWAS u
anke xogħol ieħor fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni.
Seduta 168
14/11/2018
No comments:
Post a Comment