3743. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u
Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew ammessi persuni fl-Isptar Monte Carmeli tul
is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kien hemm persuni rikoverati fl-aħħar
tas-sena?
26/01/2018
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2017 kien hemm 1,974 persuna
li ġiet ammessa u 808 persuna li ġiet rikoverata fl-aħħar tal-istess sena,
fl-isptar Monte Carmeli.
Seduta 77
31/01/2018
No comments:
Post a Comment