9.2.18

BERĠA TA’ WIED IL-GĦAJN - RILOKAZZJONI



 
 
3745. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Berġa tas-Saħħa ta’ Wied il-Għajn hijiex se tiġi rilokata?  Jista’ jgħid ukoll kemm persuni użaw is-servizzi tal-istess Berġa tul is-sena li għaddiet (2017)?

26/01/2018

ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-e¿erċizzju tad-divoluzzjoni ma japplikax għall-Berġa ta’ Wied il-Għajn għaliex din hija propjeta’ privata. Madanakollu, saru diversi xogħlijiet fosthom tiswijiet fil-membrane ta’ din l-imsemmija berġa.  Ninfurmah ukoll illi matul is-sena 2017 kien hemm 1,976 persuni li użaw is-servizz ta’ tabib u 1,936 persuna li użat is-servizz tal-infermiera, ġewwa din il-berġa.

Seduta 77
31/01/2018

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...