3.12.15

PERSUNI JAĦDMU PART-TIME





21268. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu reġistrati li qed jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Novembru 2015? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni kellhom dan l-impjieg bħala dak prinċipali u kemm le u possibilment is-sess tagħhom?

25/11/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema li kienu jaħdmu fuq bażi part-time fl-aħħar ta’ Mejju 2015 (l-aħħar ċifri ppubblikati) kien ta’ 58,009. It-tabella t’hawn taħt turi kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala xogħol ewlieni u kemm kellhom part-time u full-time job ukoll, maqsumin skont is-sess tagħhom 



Part-Time bħala xogħol Primarju
Part-time u għandhom full-time wkoll
Total Part Time
Rgiel
14,215
15,799
30,014
Nisa
20,185
7,810
27,995
Total
34,400
23,609
58,009


Seduta  335
01/12/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...