3.12.15

REĠISTRU GĦALL-PROTEZZJONI TAL-MINURI





21272. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati fir-reġistru għall-protezzjoni tal-minuri fil-Qrati tagħna sal-aħħar ta’ Novembru 2015?

25/11/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sas-27 ta’ Novembru 2015 tlieta u tletin (33) persuna huma reġistrati fir-reġistru għall-protezzjoni tal-minuri miżmum fil-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja). Peress li persuna min dawn hija reġistrata darbtejn b’żewġ sentenzi, hemm erbgħa u tletin (34) reġistrazzjoni.

Seduta  335
01/12/2015

No comments:

KIEN JAGĦTINA PARIR

1. Fil-ħajja kostanti tiegħu, il-bniedem jaġixxi u jirreaġixxi. F’diversi setturi, l-azzjoni u r-reazzjoni jiġu f’daqqa wara xulxin. F...