21.12.15

ĦAL TARXIEN – XOGĦLIJIET - NEFQA





21263. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u liema se jsiru f’Ħal Tarxien tul din il-leġislatura? Jista’ jindika kemm kienet in-nefqa s’issa u kemm hi ppjanata li se tkun in-nefqa?

25/11/2015

  ONOR. JOE MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet matul din il-leġislatura fil-lokalita’ ta’ Ħal-Tarxien huma ta’ manutenzjoni fi “Ġnien Joanne” . In-nefqa kienet ta’ €3,842.82.

Isiru ukoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni b’nefqa skont il-bżonnijiet li jinqalgħu fil-lokalita’ partikolari.

Minn naħa tad-Direttorat tat-Tindif  jsiru xogħolijiet fuq talbiet ta’ Kunsilli Lokali kontinwament, kemm fuq talbiet li jsiru mill-pubbliku kif ukoll mill-Kunsilli lokali infushom.

Barra minn hekk, Transport Malta minnbara diversi xogħlijiet żgħar ta’ manutenzjoni u tiswija, f’din il-lokalita’ saru dawn ix-xogħlijiet:

Triq San Anard
Repairs to footpaths
€ 27,900.00*
Triq il-Palma
Implementation of zebra crossing
€ 6,600.00*
Triq Luqa
Implementation of zebra crossing
€ 3,000.00*
Triq San Anard
Road Surface Repair Works
€ 500,000.00*
Triq San Anard
Implementation of line markings
€ 5,000.00*



*Estimate Value

Rigward xogħlijiet li għad iridu jsiru fil-lokalita’ dawn isiru skond il-priorita’, il-fondi disponibbli kif ukoll il-proċess tal-akwist tas-servizzi tal-kuntratturi.

Seduta  334
30/11/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...