3.12.15

PERMESS TAR-RESIDENZA REVOKAT





21269. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid lil kemm persuni se jiġi revokat lilhom il-permess tar-residenza tagħhom tul din is-sena? Jista’ jgħid jekk dan jiġix indikat skont in-nazzjonalità u jekk hu possibli jindika wkoll id-data ta’ meta l-permess oriġinali nħareġ għal kull persuna, persuna persuna?

25/11/2015

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Identity Malta tirrevoka permessi ta’ residenza fuq ba¿i regolari minħabba li l-kundizzjonijiet li fuqhom jinħareġ permess ta’ residenza ma jibqgħux aktar fis-seħħ, eżempju każi fejn persuna barranija ma tibqax fl-impjieg jew fl-istudju tagħha ġewwa Malta. Dan huwa eżerċizzju kontinwu.
Bejn Jannar u l-aħħar ta’ Novembru 2015, Identity Malta rrevokat 112 -il permess ta’ residenza.
Ma stabet l-ebda statistika dwar permessi li ġew irrevokati fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.

Seduta  335
01/12/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...