3.12.15

ETC – RAPPORTI ANNWALI – ĦADDIEMA GĦAWDXIN





21274. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba l-eżerċizzju li skont l-aħħar rapport annwali tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) kellu jsir għar-rigward il-ħaddiema Għawdxin huwiex isir jew ġiex konkluż?

25/11/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ għadha għaddejja bl-eżerċizzju li tivverifika l-informazzjoni li għandha fir-reġistru tagħha ta’ persuni li għandhom xogħol bi qliegħ f’Malta. Dan hu eżerċizzju li jieħu fit-tul peress li jrid jiġi kkuntattjat kull min iħaddem. Biex il-proċess ikun komplut, il-Korporazzjoni qiegħda wkoll tibgħat ittri lill-impjegati biex huma wkoll jivverifikaw l-informazzjoni li għandha fuqhom.

Seduta  336
02/12/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...