1. Dik li għadha kif għaddiet kienet sena mill-iktar impenjattiva u interessanti għalina bħala pajjiż, bħala poplu. Għalina l-poplu li aħna mdorrija b’valuri sodi ta’ solidarjetà, li ngħinu lil xulxin fil-mumenti d-diffiċli nafu li dawn l-aħħar xhur ser jibqgħu fil-memorja. It-taqlib li rajna fil-parti ta’ fuq u ta’ taħt tal-Mediterran sawwarna fid-deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu. Tkissru gvernijiet, inbidlu dittaturi, oħrajn mietu, diversi oħra tilfu ġidhom – l-effetti ta’ dan irridu nqisuh fis-sena li ġejja. F’dawn ix-xhur li għandna quddiemna ser immissu mal-effetti ta’ dawn it-terremoti ekonomiċi u politiċi.
2. Huwa minnu li dawn il-jiem, ġustament, jeħduna fil-passat. Niċċelebraw il-Milied u l-jiem ta’ qabel u ta’ wara b’intensità, sija mill-aspett reliġjuż – dik tat-tfittxija kostanti tal-bniedem għall-verità, kif ukoll minn dak familjari u soċjali. Mingħajr ma rridu ninqatgħu mir-rutina tas-sena u naħsbu fi ħwejjeġ oħra. Fejn ser nisimgħu l-quddies, x’ser insajru, għand u ma’ min ser naqsmu l-kumpanija. Dan huwa sew fih innifsu, ovvjament mhux fl-abbuż, imma fid-dożi ġusti li jżidu u mhux li jneħħu mill-pjaċir.
3. Biss ilkoll nafu li mal-bidu tas-sena rridu nimpenjaw ruħna ferm iktar direttament sabiex ngħelbu l-isfidi li diġà qegħdin naraw li ġejjin, kif ukoll dawk li żgur ser jinqalgħu. Min f’dawn il-gżejjer u f’din id-dinja għandu rasu fuq għonqu jaf li ser ikollna tnax-il xahar ta’ baħar imqalleb sew. Trid impenn, determinazzjoni, perseveranza u dożi qawwija ta’ esperjenza sabiex jiġu affrontati, konfrontati u, sa fejn hu possibbli, megħluba. Meta nħarsu lura u naraw x’ġara fil-Greċja, fl-Italja, fi Spanja u fil-Portugall nifhmu kemm irreżistejna u ħdimna bil-għaqal. Ħaddieħor ġie mkaxkar mill-eventi u l-popli ta’ dawn il-pajjiżi d-daqqa qed iħossuha sew, mentri aħna bqajna għaddejjin.
4. Minkejja t-taqlib evidenti fil-parti tal-Mediterran, bqajna naraw żieda fit-tkabbir ekonomiku u fil-ħolqien ta’ postijiet ġodda tax-xogħol. Biss, dawn ir-riżultati li ksibna ma jfissirx li waqgħu f’ħoġorna u li huma garantiti għas-sena li ġejja. Irridu nibqgħu naħdmu għalihom fix-xenarju li diġà qiegħed jiżviluppa. Irridu nifhmu li s-sitwazzjoni finanzjarja kompliet taggrava u l-effetti tagħha ser ikomplu jikkumplikaw. It-triq 'l isfel ħadd għadu ma jista’ jiddikjara li waqfet u issa lkoll bdejna telgħin 'il fuq. Nittama li tul is-sena li ġejja nkunu nistgħu ngħidu dan, però għandi ħafna dubji.
5. Il-pajjiż tagħna sa issa rnexxielna nżommuh lura kemm stajna mill-pilloli morri li qiegħed jieħu ħaddieħor. Dan sar għax impenjajna ruħna bil-lejaltà lejn dan il-poplu li vvutalna. Il-ġurament li ħadna li naħdmu kemm nifilħu biex inżommu 'l-poplu miexi 'l quddiem fil-maltemp li għandna, żammejna miegħu sew. Żammejna li naraw li f’kull settur naħdmu b’intelliġenza biex, mid-drapp li għandna, nfasslu kemm jista’ jkun. Inħares madwar il-Kabinett tal-Ministri u jiġu quddiem għajnejja d-diversi passi li ġew meħuda, uħud kbar u wħud żgħar, li servew. Servew biex jibdlu, biex nibqgħu nikbru u ma niġux wieqfa, bħal ma qiegħed ħaddieħor.
6. Hemm ħidma kbira li trid issir fil-jiem li ġejjin – waħda li mhix ser tkun faċli għax meta l-ekonomiji ta’ madwarna mhumiex javvanzaw, aħna ser inbatu wkoll. Biss, nibqgħu determinati li nagħtu s-sehem tagħna bil-valuri li nħaddnu. F’dawn l-aħħar xhur, il-ġustizzja soċjali ma naqsitx u anqas inxteħtet 'il barra. Żammejna d-dimensjoni soċjali fil-politika tagħna. Ma bqajniex lura milli naffermaw li l-bniedem jiġi qabel l-ekonomija. Anzi, ħadna ħsieb li nibqgħu niggarantixxu l-qafas soċjali tal-Istat.
7. L-isfida għalina hija li nkomplu niddefendu dak li għandna billi nkabbru l-ekonomija fil-qafas tal-valuri nsara tagħna. Inħarsu 'l quddiem, preparati li naħdmu bil-forza kollha li għandna għall-ġid ta’ dan il-poplu. Minn qalbi nawgura s-Sena t-Tajba lil kulħadd.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
4.1.12
22.12.11
Għaddew tletin sena
1. Ma rrid inweġġa’ lil ħadd, imma xtaqt sempliċement inressaq għar-riflessjoni ftit punti. Konsiderazzjonijiet li jitwieldu minn rikorrenza, anniversarju, sejjaħlu li trid, li għadda mingħajr ma ġie mfakkar. Fit-12 ta’ Diċembru 1981 kien hemm elezzjoni ġenerali li r-riżultat tagħha serva f’diversi effetti li qasmu, u f’ċertu sens għadhom sal-ġurnata tal-lum, jaqsmu lis-soċjetà Maltija. F’dik l-elezzjoni, bis-sistema elettorali li kellna, rajna dak li kien qiegħed jiġi previst li jseħħ mingħajr ma ħadd fehem sewwasew il-portata ta’ dak ir-riżultat.
2. F’dak il-jum, it-tibdil politikament organizzat tad-distretti elettorali, ġieb il-konsegwenza li l-partiti ġiebu siġġijiet parlamentari li ma rriflettewx il-vot popolari. Il-Partit Nazzjonalista, mmexxi għall-ewwel darba mill-Kap il-ġdid tiegħu Eddie Fenech Adami, kien ġieb 114,113 voti, rappreżentanti 50.9% però kellu 31 siġġu – li kienu jirriflettu 48.5%. Il-Partit Laburista ġieb 109,990 vot, jiġifieri 49.1% u minflok 34 siġġu, li kienu jammontaw għal 51.5%. Il-kobba kienet imħabbla minn qabel. Minkejja d-diversi protesti li kien hemm mill-Oppożizzjoni, il-Gvern baqa’ ma tax widen. Kollox seta’ jiġi solvut, biss kien hemm wisq ostinazzjoni.
3. Ir-ras iebsa kienet f’żewġ mumenti. L-ewwel, qabel l-elezzjoni ġenerali fejn il-Partit Nazzjonalista kien diġà pprova jibdel l-affarijiet għal riżultat elettorali ġust, però la l-Kummissjoni Elettorali u wisq inqas il-Gvern ma semgħu. Kieku d-distretti kienu allinejati aħjar dak ir-riżultat ma kienx iseħħ. It-tieni, wara l-elezzjoni ġenerali. Hemm il-pożizzjoni ma kinetx irreversibbli. Kieku l-Partit Laburista għaraf dak li seħħ, ikkoreġa d-distretti u reġa’ mar għall-elezzjoni, l-pożizzjoni kienet tkun differenti. Differenti f’żewġ direzzjonijiet: l-ewwel, fit-tħaddim korrett tad-demokrazija u għalhekk li stajna naħirbu minn dak kollu li seħħ wara; u t-tieni, li nemmen li kieku reġgħet saret l-elezzjoni, l-Partit Laburista kien ikollu opportunità ikbar li jieħu lura l-poter b’mod leġittimu.
4. Id-deċiżjonijiet żbaljati li ttieħdu kkumplikaw, u flok waqfu, komplew iktar ħabblu l-kobba waħda u sew. Il-konsegwenza kienet ċara u ovvja. Il-Partit Nazzjonalista ma kellu ebda alternattiva ħlief li jaħdem sabiex il-maġġoranza popolari tiġi trasformata f’waħda parlamentari. Is-snin ta’ wara, mill-1981 sal-1987 - ħames snin u ħames xhur ta’ leġislatura – kienu l-ikreh fl-istorja demokratika tagħna. Ħadd ma jista’ b’xi mod jiċħad li kien żball politiku kbir li ġie kommess mill-Partit Laburista ta’ dak iż-żmien. Ħadd ma jista’ jgħid li l-affarijiet marru għall-aħjar għax marru verament għall-agħar.
5. Dawk iż-żminijiet issarrfu f’dell politiku li l-Partit Laburista baqa’ jġorr miegħu. Diversi persuni jaraw lil dak il-partit bħala wieħed li għandu passat fejn ma tantx kien demokratiku fl-aġir tiegħu. Ma jafdawhx proprju għax raw, u terġa’ wħud għadhom jaraw, dan l-element preżenti. Il-ħsara lill-Partit Laburista u lill-pajjiż, f’ħafna sens dehret irreparabbli. Għax il-pajjiż, quddiem dan l-eżempju żbaljat u quddiem id-diffikultajiet evidenti li ħarġu, ma kienx qiegħed javvanza, la soċjalment u wisq u wisq inqas ekonomikament. Dawk is-snin hemm bżonn li jkun hemm trapass ikbar tal-eventi biex jintesew mill-memorja kollettiva.
6. Dan għax dawk is-snin wasslu għal konflitti politiċi kbar. Mobilizzazzjoni popolari kostanti li wasslet lil diversi familji jinqasmu, in-nies jiġu identifikati u jbatu. Kienu jiem meta l-libertà tal-espressjoni kienet impossibbli. Nies jibżgħu jitkellmu, jibżgħu jixtru l-gazzetti, jibżgħu jieħdu sehem u jridu jgħixu ma’ dak li ma jridux. Sfortunatament tgħaddi minn dawk il-mumenti, jibqgħu miegħek u tibqa’ ġġorrhom. Il-pajjiż kien viċin dittatura, kien viċin reġimi komunisti varji, kien qiegħed ma’ kull ġurnata jibża’ li l-folja ma setgħetx tinbidel. Kemm kien hemm sitwazzjonijiet iebsa u tal-biża’ jgħarfu dawk li ġarrbu u dawk li għexu dawk iż-żminijiet.
7. Għaddew verament tletin sena u hemm dejjem lok ta’ riflessjoni politika. Importanti żgur li s-sistema demokratika tagħna tibqa’, kif inhija llum, aċċettata bħala valur li m’għandniex innaqqsu milli nkabbru. Il-mekkaniżmi li daħħal il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern qed jassiguraw sitwazzjoni li hija diffiċli li mmorru lura minnha. Biss, il-lezzjoni prinċipali tibqa’ dik li min qiegħed fil-poter għandu jkollu ġewwa fih mhux biss is-sens imma l-konvinzjoni li li d-demokrazija hija għodda indispensabbli. Dan huwa d-dmir ta’ kull partit politiku f’pajjiżna – li jżomm u jassigura sabiex dan il-poplu jibqa’ javvanza.

21.12.11
Il-ġid tal-medjazzjoni – tmien snin wara
Dan l-artikolu deher fil-ġurnal in-Nazzjon nhar il-Ġimgħa 16 ta' Diċembru 2011
1. Illum il-ġurnata, ix-xenarju legali f’pajjiżna nbidel sew minn dak li kien ftit tas-snin ilu. Saru diversi riformi ġewwa l-Qorti, li nbdew b’determinazzjoni u b’kuraġġ mill-Ministru Austin Gatt u li jien ippruvajt inkompli warajh. F’dawn is-snin saru tibdiliet kostanti fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili li permezz tagħhom tħaffu l-kawżi u naqsu dawk li kienu pendenti. Dan sar prinċiparjament bl-introduzzjoni ta’ ġurisdizzjoni aqwa għat-Tribunal għal Talbiet Żgħar u għall-Qrati tal-Maġistrati, l-ittra uffiċjali eżekuttiva, it-tibdil mill-formula l-antika taċ-ċitazzjoni għar-rikors ġuramentat, ir-riforma mill-qiegħ tal-mandati eżekuttivi u kawtelatorji, it-twaqqif taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni għal Maltau u l-issudar taċ-Ċentru tal-Arbitraġġ. Però l-ewwel pass kien dak tal-Qorti tal-Familja.
2. Meta nħares lura nara kemm sar xogħol. Xogħol li qiegħed jagħti l-frott, li però ma nkitibx biżżejjed dwar kemm sar ġid minnu. Ir-realtà politika però hi li meta ma tiktibx, l-Oppożizzjoni tkun ittantata tgħid li ma sar xejn jew tipprova tkerrah dak li jkun diġà sar. Oppożizzjoni li kienet għamlet minn kollox biex tkisser u tmaqdar li però, wara ċertu snin sibt uħud minn dawk li għamlu hekk, ifaħħru. Ngħid dan għax nagħraf li, sfortunatament, għadu jsir tmaqdir dwar l-operat tal-Qorti tal-Familja meta tul dawn l-aħħar kważi tmien snin sar xogħol kbir li għen lil diversi koppji li sabu d-diffikultajiet fiż-żwieġ tagħhom.
3. Fis-16 ta’ Diċembru 2003 ġiet fis-seħħ il-Qorti tal-Familja, li kienet ilha tiġi dibattuta snin qabel ma jien dħalt f’dan il-Ministeru. Kelli x-xorti li nġib ‘il quddiem u nikkonkludi dak li ħaddieħor kien jikteb dwaru fil-gazzetti. Sibt ħafna xogħol preparatorju lest, però ma kienx faċli twasslu sal-aħħar. Il-kunċett ta’ din il-Qorti nbena fuq il-medjazzjoni - servizz li jingħata minn persuna li tagħti attenzjoni lejn il-problemi tal-partijiet u tipprova twassalhom sabiex jiftehmu jew billi jmorru lura jew li jaqblu fuq kuntratt ta’ separazzjoni. Daħħalna numru ta’ prinċipji f’dan, bħal dak li l-medjazzjoni huwa dritt tal-partijiet u mhux jiġi mogħti skont id-deċiżjoni ta’ ħaddieħor; li l-ħlas għas-servizz tal-medjazzjoni jiġi offrut b’xejn; li l-Istat jagħti importanza lill-koppja billi jibqa’ jżomm kollox taħt is-sorveljanza tal-Qorti u mhux issir proċedura amministrattiva u li tkun limitata lill-koppji li għandhom il-flus imma li tingħata lil kulħadd. Mhux biss, imma introduċejna dan il-kunċett għal dawk li huma diġà separati fejn iridu jipproċedu b’tibdil fil-kuntratt minflok kawża, kif ukoll bejn koppji mhux miżżewġa għar-rigward il-kura u l-kustodja tal-ulied imwielda mir-relazzjoni tagħhom.
4. Il-medjazzjoni kellha diffikultajiet fil-bidu, imma biċċa biċċa qabdet u daħlet. L-iktar pass importanti kien li assigurat li l-Qorti, permezz tal-medjaturi, setgħet tiddedika iktar ħin għall-kawżi minn qabel. Dan għax is-sistema qabel kienet li kont tidher quddiem Imħallef mill-ewwel u hu kien jibgħat lill-partijiet biex jibdew il-proċeduri ta’ kawża. Il-volum kien kbir wisq u kien hemm sitwazzjoni fejn jekk parti jew l-avukat tagħha ma jkunx preżenti, għal xi raġuni l-konsegwenzi ma kienux ikunu dejjem tajba. Proprju minħabba f’hekk li nħass il-bżonn li s-sistema tinbidel. Għalhekk, flok nofs siegħa li setgħet tingħata qabel, f’dawn is-snin il-medjaturi taw ferm iktar ħin.
5. Tul dawn l-aħħar snin, sa’ Settembru ta’ din is-sena saru madwar 11,000 talba għall-medjazzjoni għal raġunijiet varji li minnhom, madwar 8,000 kienu għal separazzjoni li terġa’, 1,500 minnhom kienu ta’ koppji li applikaw iktar minn darba. F’dawn il-każijiet li ngħalqu, ir-riżultati huma li kważi nofs dawn il-partijiet għamlu kuntratt ta’ separazzjoni bonarja u għalhekk ħarbu d-diffikultajiet ta’ kawża ċivili bl-ispejjeż u ż-żmien tagħha. Kważi 15% għażlu li ma jkomplux bil-proċeduri ta’ separazzjoni. Dan ifisser li l-medjazzjoni serviet ta’ ġid mill-ewwel lil 65% (fi snin kwazi 70%) tal-koppji.
6. Mhux biss, imma anke l-każijiet fejn il-partijiet ma waslux matul il-medjazzjoni u għamlu kawża, dak il-proċess servihom ukoll sabiex uħud ftehmu aktar tard. Irrid nagħti ħajr lid-diversi medjaturi li ħadmu u għadhom jaħdmu b’impenn u b’dedikazzjoni f’din il-Qorti. Dawn il-persuni jixirqilhom it-tifħir tagħna għall-mod verament tajjeb li permezz tiegħu jgħinu lill-partijiet. Naf b’ħafna każijiet fejn, bil-medjazzjoni, il-koppji nfushom fehmu aħjar dak li kienu deħlin għalih u sabu għajnuna, assistenza u pariri tajba. F’dawn is-snin inbniet esperjenza li minnha s-soċjetà qegħda tieħu benefiċċju kbir u huwa żbaljat min jaħseb li l-medjazzjoni għandha titneħħa.
7. Fil-Qorti tal-Familja ma hemmx biss il-medjazzjoni fis-separazzjoni. Hemm ukoll ħidma oħra li ssir mal-kawżi tal-annullament, dawk marbuta mal-paternità (meta jsiru kawżi sabiex jiġi dikjarat min huwa missier il-wild) u diversi suġġetti oħra marbuta mal-familja. Mhux biss, imma hemm ukoll l-aspett tal-Qorti fil-kamp penali fejn jitressqu każijiet marbuta man-nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment jew meta parti tonqos milli tobdi l-ordni tal-Qorti fl-aċċess tal-ulied. Biss, wara dan iż-żmien hemm lok ta’ emendi li jkomplu jibdlu għall-aħjar u jwieġbu għat-tibdiliet li s-soċjetà tagħna qegħda tgħaddi minnhom illum, li nittama li tul is-sena li ġejja nagħmluhom ukoll.
8. F’dan il-proċess sibt assistenza varja, fosthom b’iktar prominenza mill-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali, mmexxi mill-Onor. Edwin Vassallo, li għamel ħafna xogħol. Mill-aħħar tas-sena l-oħra qbadt numru ta’ punti li jridu jiġu mibdula u li ġew identifikati wara laqgħa twila li saret ma’ kull min hu involut fis-settur. Però r-referendum u d-dħul tal-liġi tad-divorzju ukoll biddlu s-sitwazzjoni. Għalhekk fil-preżent qed naraw x’kien l-impatt ta’ dik il-liġi fi tlett xhur biex nimxu minn hemm. Fortunatament però, il-medjazzjoni mhux talli ma neħħejnihiex talli ġiet rikonoxxuta sija fid-dibattitu parlamentari minn diversi membri, kif ukoll fil-liġi tad-divorzju bħala pass li m’għandniex immorru lura minnu. Il-medjazzjoni fil-Qorti tal-Familja illum tagħlaq tmien snin li saret u m’hemmx dubju li, l-ewwel, għamlet il-ġid, u t-tieni li għandha tibqa’ hemm. Ikun żbaljat min jipprova jneħħiha u jimxi tajjeb min ikompli jissudaha.

15.12.11
Ċertezza u stabilità
1. Dan kien u għadu l-messaġġ mill-iktar ċar li ħareġ mill-aħħar laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa. Il-Prim Ministru tagħna attenda għal waħda mill-iktar laqgħat determinanti fl-istorja tal-Ewropa. Kien hemm, jiddefendi l-interessi nazzjonali u fl-istess ħin iħares ‘il quddiem lejn dak li ser jiżviluppa fix-xenarju ekonomiku sabiex is-soċjetà tagħna ma tbatix. Il-bieraħ filgħodu, fid-dikjarazzjoni parlamentari li huwa għamel, kien jidher evidenti li l-impenn tiegħu wassal sabiex jintlaħqu dawn il-miri - dawk li permezz tagħhom inkomplu nipproteġu l-ekonomija tagħna u fl-istess ħin nassigurawlha t-tkabbir. Ftit jifhmu kemm dawn il-jiem kienu importanti u kruċjali għalina lkoll.
2. Ngħid dan għax il-fatt li aħna maqtugħa bil-baħar mill-bqija tal-Ewropa, kif ukoll li d-dimensjonijiet ġeografiċi tagħna huma li huma, jwassal diversi minna biex jaħsbu li d-dinja tibda u tispiċċa minna, mentri r-realtà hija li aħna dħalna fil-qalba tal-Ewropa. M’għadniex dawk li huma parteċipanti passivi, iżda qegħdin attivi. Ftit japprezzaw li waqt li fil-jiem li għaddew il-Gvern ħabbar pakkett ta’ numru ta’ inizjattivi u miżuri pożittivi li ser ikomplu jassiguraw it-tkabbir, Stati Ewropej oħra qegħdin ibatu sew. M’aħniex nifhmu u forsi ninfurmaw biżżejjed dak li hemm għaddej u dak li qed isir f’dawn il-gżejjer. Dan għax Stati Membri Ewropej jafu li l-istat tal-ekonomiji tagħhom mhux tajjeb u jridu jitħabtu sew sabiex iġibu lilhom infushom lura fit-triq lejn ekonomija soda.
3. F’dawn il-gżejjer m’għandniex l-inkwiet li għandhom l-oħrajn għax ħsibna minn qabel. F’dan il-Kunsill, il-pajjiżi kollha li għandhom is-sistema tal-munita unika ewro u oħrajn qablu li d-defiċit irid ikun bilfors mat-3% u jrid jonqos pass pass, sena sena b’0.5%. Dan aħna diġà qegħdin inwettquh u għalhekk għandna l-istabilità u ċ-ċertezza ekonomika li ħaddieħor m’għandux. Però hija verità li f’dawn il-gżejjer, mertu jew ta’ nuqqas ta’ informazzjoni jew misinformazzjoni, hawn min kważi kważi jiċħad dan kollu. Fostna nsibu min tant ma jistax jemmen il-kuntrast li ma jridx jisma’ bil-problemi li għandu ħaddieħor. Hawn tiġri mas-saqajn ċaħda mentali tal-fatt li f’dan l-Istat, is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika hija ferm aħjar minn diversi oħra. Din forsi ġejja minn min ma jridx jemmen l-aħbarijiet barranin jew minn min ma jaqrax u ma jsegwix. Li hu żgur hu li għandna min jiċħad dak li huwa quddiemna.
4. Hemm bżonn proċess aqwa mill-mezzi ta’ informazzjoni sabiex jispjegaw dak li huwa għaddej barra minn xtutna u li aħna, bħall-passat, parti minnu. Hemm realtà li hija għaddejja, tiżviluppa b’saħħa u veloċità li jekk ma jkunx hemm għarfien sħiħ tagħha u tal-konsegwenzi li tista’ ġġib, inkunu qed nagħmlu disservizz lis-soċjetà. Ma kienx hemm biżżejjed spjegazzjoni ta’ dak li wassal sabiex ix-xenarju Ewropew jiżviluppa f’pożizzjonijiet xejn faċli. Is-sitwazzjoni ekonomika li żviluppat b’rapidità u li uriet diversi mankanzi, fosthom fit-tmexxija politika, ma ġietx divulgata u hemm bżonn li tiġi. Jekk dan il-pass ma jsirx inkunu qed immorru lura minn proċess demokratiku neċessarju - wieħed li jassisti sabiex nifhmu x’kienu l-kawżi ta’ ħaġa u oħra u l-analiżi sussegwenti tal-effetti.
5. Dan huwa iktar u iktar importanti fl-attakk żbaljat li żviluppa fuq il-munita komuni tal-ewro. Kien hemm min għadu jrid jiċħad l-effetti pożittivi ta’ munika unika. Jiċħad ukoll il-passi pożittivi li pajjiżna akkwista. L-ewwel, bid-dħul tagħna fl-Unjoni Ewropea li permezz tiegħu għandna issa d-dritt li niddefendu u fl-istess ħin ninfluwenzaw u nibdlu d-direzzjoni tal-politika ekonomika Ewropea li qabel ma kellniex alternattiva ħlief li nibqgħu passivi għaliha. It-tieni, bid-dħul tagħna fil-munita ewro, li assigura stabilità u ċertezza interna, li qabel ma kellniex b’daqshekk saħħa. It-tielet, li ġejna f’pożizzjoni ekonomika li tippermettilna nikkompetu ferm u ferm iktar aħjar fis-setturi kollha li għandna: finanzjarji, industrijali u marittimi. Id-deċiżjonijiet li ġew meħuda mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi f’dawn iż-żewġ leġislaturi, illum servew sewwa.
6. Sewwa qal “The Economist” ftit jiem ilu fl-editorjal tiegħu: “The consequences of the euro’s destruction are so catastrophic that no sensible policymaker could stand by and let it happen”. Iċ-ċertezza u l-istabilità ekonomika huma determinanti mhux biss f’pajjiżna, iżda wkoll fl-Unjoni Ewropea. Mexxej tajjeb għal ma għandna assigura li ħadna passi li bihom stajna nwieġbu għall-isfidi bi flessibilità ikbar. Għandna bniedem raġjonevoli, preparat u determinat biex insegwu t-triq tal-ġid u tal-għaqal. M’aħniex ser ngħaddu minn dak li għaddej minnu ħaddieħor, però dan ma jfissirx li m’għandniex l-intoppi ekonomiċi tagħna. Irridu nibqgħu attenti. Nibqgħu nħarsu ‘l quddiem sabiex dak li ġie milħuq f’dan il-Kunsill Ewropew jassigura iktar stabilità u ċertezza. Postna qiegħed fl-Unjoni Ewropea u fil-munita ewro għax permezz tagħhom nistgħu nibqgħu nnaqqsu d-debitu mingħajr ma jonqos l-iżvilupp ekonomiku u soċjali.

14.12.11
Il-Qorti t'Għawdex
Dan huwa d-diskors tiegħi waqt id-dibattitu dwar il-Qorti t'Għawdex fil-Kamra tad-Deputati nhar it-Tnejn 12 ta' Diċembru.
Biex tisimgħu, ikollok bżonn il-plugin neċessarju, bħal Quicktime. Imbgħad kemm tagħfas fuq il-buttuna tal-"play".
7.12.11
Kuntrast għad-Droga
1. F’dan il-pajjiż isir ħafna xogħol marbut ma’ ħidmiet importanti li mhux dejjem jiġu għall-attenzjoni pubblika. Anzi, drabi tiġi perċezzjoni kompletament il-kontra ta’ dak li hu. Tul dawn il-ġimgħat ingħatajt informazzjoni iktar dettaljata fuq l-operat tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga fil-Korp tal-Pulizija. Din is-Sezzjoni kompliet tħaddem l-istrateġija ddikjarata li tidentifika, tinvestiga u tressaq quddiem il-Qorti tagħna lil dawk il-persuni li, mill-provi li jinġabru, jirriżulta li jkunu attivi fl-importazzjoni u traffikar ta’ drogi perikolużi. Fil-fatt, tul din is-sena ġew konklużi b’suċċess investigazzjonijiet importanti fil-konfront ta’ attivitajiet kriminali ta’ persuni jew numru ta’ persuni f’pajjiżna, kif ukoll barra minnu.2. L-Iskwadra llum għandha fiha esperjenza li nbniet fis-snin u tifhem ferm iktar malajr dak li jkun għaddej f’dan is-suq illegali. Tul dawn ix-xhur u snin inqabdet numru rekord ta’ droga kokaina u kannabis. Il-postijiet tad-dħul, fil-fruntiera interna tagħna b’mod partikolari l-ajruport, wassal għall-interċettazzjoni ta’ gruppi organizzati ġejjin minn diversi sferi b’mod partikolari dawk minn pajjiżi tal-punent tal-kontinent Afrikan. Persuni nqabdu jippruvaw idaħħlu droga li jkunu belgħu fl-istonku tagħhom. L-Iskwadra, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali oħra, kienet effettiva f’dan ir-rigward.
3. Irid jingħad li hemm punti li rari jinstemgħu, però li huma determinanti f’din il-ġlieda li m’hijiex limitata għal sempliċi sorveljanza. F’dan nista’ nsemmi b’eżempji, l-ewwel, il-fatt li s-sustanza “mephedrone” ġiet ikkontrollata (legalment) mill-10 ta’ Settembru 2010 qabel pajjiżi oħrajn membri tal-Unjoni Ewropeja u fuq dan tħalla mpatt pożittiv għax f’dawn ix-xhur ġew maqbuda 'l fuq minn 6 kilogrammi minnha. It-tieni, bl-iskambju ta’ informazzjoni mal-pajjiżi ġirien tagħna, sija fil-parti ta’ isfel kif ukoll ta’ fuq tal-Mediterran, saret ħidma ta’ kollaborazzjoni u investigazzjonijiet konġunti li wasslu għall-qabdiet rekord ta’ kannabis (Cannabis Resin) fl-ammont ta’ 89 kilo u 477gramma.
4. Matul din is-sena rajna għalhekk qabdiet ta’ kokaina li jammontaw għal 5 kilogrammi u 329 gramma u f’eroina fl-ammont ta’ 3 kilogrammi u 914 gramma. Dawn ir-riżultati pożittivi komplew f’din ix-xejra li sa issa ġiet reġistrata f’dawn l-aħħar snin u li wasslet għal iktar persuni li tressqu quddiem il-Qorti. Fil-fatt, tul din is-sena tressqu diġà madwar 359 persuna akkużati bi traffikar u pussess ta’ droga u kellna ukoll diġà 309 każ li ġie deċiż. Pajjiżna fortunatament u b’għaqal baqa’ jżomm il-politika ċara u diretta li m’għandux ikun hemm passi lura mill-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, kif ukoll li jiddikjara li m’huwiex favur li d-droga tiġi iddikjarata legali.
5. Nibqgħu impenjati kontra d-droga u fl-istess ħin li nagħmlu differenza bejn min jiġi abbużat u min jittraffikaha. Ir-riżultati ta’ din il-ħidma ġiet ukoll rikonoxxuta reċentement bir-rapport li sar mill- European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction. Minnu jirriżulta b’mod ċar li f’dak li hu teħid ta’ droga, pajjiżna huwa fost l-inqas li għandu din il-problema fl-Unjoni Ewropeja. Il-livelli huma baxxi fit-teħid tal-kokaina, eroina u kannabis kif ukoll fil-kwalità tad-droga, salv eroina kannella. Il-pajjiż ma jistax jgħid li m’għandux fostu persuni li jagħmlu użu minn dawn id-drogi, però s-sitwazzjoni hija ferm differenti minn dak li ħaddieħor ipprova jpinġi.
6. Il-pajjiż jibqa’ mpenjat sabiex it-tibdil għaqli u neċessarju li għandu jsir, jitwettaq. Bħal ma naraw li nikkonfrontaw id-dħul f’pajjiżna tad-droga, li naraw li nikkonfrontawha fis-soċjetà Maltija, fl-istess ħin irridu nirrikonoxxu x-xogħol tajjeb li qiegħed isir fl-irkupru lura fis-soċjetà ta’ dipendenti. Il-Caritas, is-Sedqa u s-SATU ilhom jaħdmu f’dan il-qasam u akkumulataw l-esperjenza. Din qed inkomplu nkabbruha bil-ħidma li dħalna għaliha bl-istrumenti legali li ser jintroduċi l-abbozz ta’ liġi marbut mal-Ġustizzja Riparatriċi fil-Faċilità Korrettiva, u wara. Mir-riżorsi li għandna pajjiżna qiegħed jaħdem tajjeb. Hemm ħidma li trid tkompli ssir u determinati li nkomplu nagħmluha. Ġieħ għandu però jmur għal dawk kollha li jagħtu sehemhom mill-qalb.
6.12.11
Id-diskors tiegħi fil-Kamra tad-Deputati
Dan huwa podcast tad-diskors tiegħi fil-Kamra tad-Deputati nhar il-Ġimgħa 2 ta' Diċembru 2011 waqt id-dibattitu dwar l-estimi tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Biex tisimgħu, ikollok bżonn il-plugin neċessarju, bħal Quicktime. Imbgħad kemm tagħfas fuq il-buttuna tal-"play".
Subscribe to:
Posts (Atom)
KANA
1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
1. Hemm bnedmin li f’dawn iż-żminijiet qed jieħdu sehem iktar sehem attiv fil-ħajja tal-Knisja. Dawk li qabel ma setgħux jidħlu jagħml...