1. F’dan il-pajjiż isir ħafna xogħol marbut ma’ ħidmiet importanti li mhux dejjem jiġu għall-attenzjoni pubblika. Anzi, drabi tiġi perċezzjoni kompletament il-kontra ta’ dak li hu. Tul dawn il-ġimgħat ingħatajt informazzjoni iktar dettaljata fuq l-operat tal-Iskwadra ta’ kontra d-Droga fil-Korp tal-Pulizija. Din is-Sezzjoni kompliet tħaddem l-istrateġija ddikjarata li tidentifika, tinvestiga u tressaq quddiem il-Qorti tagħna lil dawk il-persuni li, mill-provi li jinġabru, jirriżulta li jkunu attivi fl-importazzjoni u traffikar ta’ drogi perikolużi. Fil-fatt, tul din is-sena ġew konklużi b’suċċess investigazzjonijiet importanti fil-konfront ta’ attivitajiet kriminali ta’ persuni jew numru ta’ persuni f’pajjiżna, kif ukoll barra minnu.
2. L-Iskwadra llum għandha fiha esperjenza li nbniet fis-snin u tifhem ferm iktar malajr dak li jkun għaddej f’dan is-suq illegali. Tul dawn ix-xhur u snin inqabdet numru rekord ta’ droga kokaina u kannabis. Il-postijiet tad-dħul, fil-fruntiera interna tagħna b’mod partikolari l-ajruport, wassal għall-interċettazzjoni ta’ gruppi organizzati ġejjin minn diversi sferi b’mod partikolari dawk minn pajjiżi tal-punent tal-kontinent Afrikan. Persuni nqabdu jippruvaw idaħħlu droga li jkunu belgħu fl-istonku tagħhom. L-Iskwadra, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali oħra, kienet effettiva f’dan ir-rigward.
3. Irid jingħad li hemm punti li rari jinstemgħu, però li huma determinanti f’din il-ġlieda li m’hijiex limitata għal sempliċi sorveljanza. F’dan nista’ nsemmi b’eżempji, l-ewwel, il-fatt li s-sustanza “mephedrone” ġiet ikkontrollata (legalment) mill-10 ta’ Settembru 2010 qabel pajjiżi oħrajn membri tal-Unjoni Ewropeja u fuq dan tħalla mpatt pożittiv għax f’dawn ix-xhur ġew maqbuda 'l fuq minn 6 kilogrammi minnha. It-tieni, bl-iskambju ta’ informazzjoni mal-pajjiżi ġirien tagħna, sija fil-parti ta’ isfel kif ukoll ta’ fuq tal-Mediterran, saret ħidma ta’ kollaborazzjoni u investigazzjonijiet konġunti li wasslu għall-qabdiet rekord ta’ kannabis (Cannabis Resin) fl-ammont ta’ 89 kilo u 477gramma.
4. Matul din is-sena rajna għalhekk qabdiet ta’ kokaina li jammontaw għal 5 kilogrammi u 329 gramma u f’eroina fl-ammont ta’ 3 kilogrammi u 914 gramma. Dawn ir-riżultati pożittivi komplew f’din ix-xejra li sa issa ġiet reġistrata f’dawn l-aħħar snin u li wasslet għal iktar persuni li tressqu quddiem il-Qorti. Fil-fatt, tul din is-sena tressqu diġà madwar 359 persuna akkużati bi traffikar u pussess ta’ droga u kellna ukoll diġà 309 każ li ġie deċiż. Pajjiżna fortunatament u b’għaqal baqa’ jżomm il-politika ċara u diretta li m’għandux ikun hemm passi lura mill-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, kif ukoll li jiddikjara li m’huwiex favur li d-droga tiġi iddikjarata legali.
5. Nibqgħu impenjati kontra d-droga u fl-istess ħin li nagħmlu differenza bejn min jiġi abbużat u min jittraffikaha. Ir-riżultati ta’ din il-ħidma ġiet ukoll rikonoxxuta reċentement bir-rapport li sar mill- European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction. Minnu jirriżulta b’mod ċar li f’dak li hu teħid ta’ droga, pajjiżna huwa fost l-inqas li għandu din il-problema fl-Unjoni Ewropeja. Il-livelli huma baxxi fit-teħid tal-kokaina, eroina u kannabis kif ukoll fil-kwalità tad-droga, salv eroina kannella. Il-pajjiż ma jistax jgħid li m’għandux fostu persuni li jagħmlu użu minn dawn id-drogi, però s-sitwazzjoni hija ferm differenti minn dak li ħaddieħor ipprova jpinġi.
6. Il-pajjiż jibqa’ mpenjat sabiex it-tibdil għaqli u neċessarju li għandu jsir, jitwettaq. Bħal ma naraw li nikkonfrontaw id-dħul f’pajjiżna tad-droga, li naraw li nikkonfrontawha fis-soċjetà Maltija, fl-istess ħin irridu nirrikonoxxu x-xogħol tajjeb li qiegħed isir fl-irkupru lura fis-soċjetà ta’ dipendenti. Il-Caritas, is-Sedqa u s-SATU ilhom jaħdmu f’dan il-qasam u akkumulataw l-esperjenza. Din qed inkomplu nkabbruha bil-ħidma li dħalna għaliha bl-istrumenti legali li ser jintroduċi l-abbozz ta’ liġi marbut mal-Ġustizzja Riparatriċi fil-Faċilità Korrettiva, u wara. Mir-riżorsi li għandna pajjiżna qiegħed jaħdem tajjeb. Hemm ħidma li trid tkompli ssir u determinati li nkomplu nagħmluha. Ġieħ għandu però jmur għal dawk kollha li jagħtu sehemhom mill-qalb.

No comments:
Post a Comment