1. Tul dan is-sajf li għadda qam dibattitu dwar l-għoti tar-remissjoni lill-persuni li jkunu qed jiskuntaw piena karċerarja. Din mhix sistema legali ġdida, anqas ma hija waħda li ġibt fis-seħħ jien, imma ilha hemm għal dawn l-aħħar tmenin sena. Ir-remissjoni hija mod ta’ kif il-leġislatur introduċa mekkaniżmu li jekk persuna ġġib ruħa tajjeb ġewwa l-ħabs allura, kif inhija llum, terz tal-piena tagħha tinħafrilha. Dan l-istrument ġie introdott hawn f’pajjiżna wkoll wara li kien daħal f’diversi oħra fl-1931. Anqas konna qegħdin nivvintaw ir-rota, imma segwejna l-esperjenzi ta’ Stati oħra meta konna għadna kolonja u mhux pajjiż indipendenti.
2. Biss stranament, tul ix-xhur sħan ta’ Lulju, Awissu u Settembru diversi kitbu u tkellmu bħallikieku dan kien xi pass kompletament ġdid. Xi wħud, forsi sforz ta’ ċirkostanzi iktar strambi, ippruvaw jgħidu li anzi huwa l-Ministru nnifsu li joqgħod jaħfer lil dak u lill-ieħor, skont kif jidhirlu hu. Dawn il-vuċijiet ippruvaw iressqu argumenti li ma qatt ma jistgħu jagħmlu sens billi, appuntu, dan il-mekkaniżmu ilu jeżisti u jitħaddem għal għexieren ta’ snin. Kull min jaf ftit is-sistema karċerarja jaf li sallum, appena xi ħadd jintbagħat il-ħabs, ikun infurmat mill-ewwel li jekk iġib ruħu sewwa, terz tas-sentenza tinħarfilu kważi kompletament b’mod awtomatiku.
3. Kull min huwa Ġudikant fil-Qrati tagħna, kull min huwa avukat jew prokuratur legali jaf b’dan, u jaf is-sistema kif taħdem. Kulħadd jaf li l-liġi ma tagħmilx distinzjoni bejn dak u l-ieħor u kull min jinstab ħati u jintbagħat il-ħabs, ikun x’ikun id-delitt li kkommetta, jibbenefika. Dawn jafu wkoll li ftit tas-snin ilu saret kawża kostituzzjonali, li ntrebħet, fuq x’jiġri meta persuna fil-ħabs terġa’ tikkommetti, twettaq, tagħmel delitt ieħor. Għal snin twal, l-awtoritajiet kienu jressqu lil dik il-persuna quddiem il-qorti akkużata bid-delitt “il-ġdid” li tkun wettqet u jitneħħilha mill-ewwel il-benefiċċju tar-remissjoni. Din is-sentenza kostituzzjonali però biddlet kollox billi ddikjarat li b’dan il-mod qed jingħata lok li dak li jkun qed jingħata żewġ pieni għall-istess delitt u allura wieħed irid jagħżel – jew tressqu quddiem il-qorti, inkella tneħħilu r-remissjoni minħabba d-delitt. Billi ħafna drabi r-reat sussegwenti li jkun twettaq ikun ta’ iktar gravità, allura ġustament l-awtoritajiet tal-ħabs jagħżlu li jipproċedu billi jressqu lil dik il-persuna quddiem il-qorti u għalhekk ir-remissjoni ma tkunx tista’ tintmiss. Din hija s-sistema li għandna s’issa.
4. Fil-ħidma lejn l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi, li issa waslet fl-aħħar qegħdin, wara tmenin sena, nistabbilixxu miżuri ġodda li jibdluha. Li kien verament interessanti kien il-kuntrast ċar fil-midja bejn dak li kont, u issa finalment jidher li mxejna fuqu, u dak li żbaljatament kien qed jingħad li qed nippermetti li jsir. Ngħid dan għax b’dan l-abbozz qed nieħdu miżuri li jibdlu s-sistema tar-remissjoni mill-qiegħ. Qed nieħdu l-pass illi min jibbenefika mir-remissjoni jrid jaħdem għaliha billi jsegwi d-direzzjonijiet li jagħtih Bord apposta, l-Offender Assessment Board, biex jirriabilita ruħu. Jekk jaħdem għaliha iva jibbenefika, imma jekk le allura r-remissjoni ma tingħatax.
5. Mhux biss, imma għall-ewwel darba qegħdin indaħħlu fis-seħħ Bord ieħor fuq ir-remissjoni li qabel ma kienx jeżisti. Dan ser ikollu numru ta’ funzjonijiet, però l-iktar importanti huwa li l-Bord ser ikun qed jara li l-pjan ta’ kura jiġi segwit u, jekk jaqbel, japprova r-remissjoni; u t-tieni, li l-Bord ser ikollu għall-ewwel darba d-dritt li jimponi kundizzjonijiet fuqha. B’dawn il-passi nħoss li qed isir sforz dirett sabiex is-sistema tiġi ssudata u ma tibqax awtomatika. Dan kien ċar fid-dibattitu parlamentari. Tant kien ċar li Membru fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni qajjem l-oġġezzjoni tiegħu u nsista li r-remissjoni tibqa’ waħda awtomatika. Kien għalhekk kompletament żbaljat min allega li jew ma jiena qed nagħmel xejn jew inkella li ma rridx nikkontrolla s-sistema.
6. Tant l-impressjoni li ngħatat kienet għal kollox dik li mhix li skantajt kif, anke proprju fil-jum tal-operazzjoni tiegħi (kif wara skoprejt) kien hemm min ħeġġiġni nieħu l-pożizzjoni li kont diġà ħadt sitt xhur qabel! Ma hemmx dubju li dan it-tibdil ser ikun hemm reżistenza għalih, bħalma jiena ċert li jrid jieħu l-ħin tiegħu biex jindara. Nittama però li ma jkollix min jinsisti miegħi li għandi mmur lura minn dan il-pass. Jekk irridu li iktar persuni li jispiċċaw ikkundannati l-ħabs jagħmlu ħilithom sabiex jirriformaw ruħhom, m’għandniex inċedu għal dan. Illum nafu li għalkemm hemm faċilitajiet ferm aqwa minn qabel, jekk ma jkollniex dawn il-mekkaniżmi ġodda, ser nibqgħu kif konna.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT
22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...
-
20788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f&...
-
18543. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ ...
-
20869. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoq...
No comments:
Post a Comment