1. Ma nistgħux ninsew dak li ġara ħamsa u għoxrin sena ilu filgħaxija fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista ġewwa l-Gudja. Ma nistgħux ninsew li ġuvnott li kien wasal biex jieħu l-istat tiegħu, inqatel kiesaħ u biered. Waqt attività soċjali li saret f’dak il-post mis-Sezzjoni Żgħażagħ tal-Partit, wqt li l-ħaddiema tal-post kienu qegħdin flimkien igawdu l-kumpannija ta’ xulxin, xi ħadd deherelu li għandu jispara fuqhom. Ġew sparati tiri b’arma tan-nar miċidjali lejn il-Każin. Il-balal li ħarġu ma kellhom ebda raġuni, salv dik li jagħmlu l-ħsara, li jweġġgħu, li jkissru, li jfarrku u li joqtlu. Hekk għamlu – qatlu ġuvnott fl-aħjar ta’ ħajtu, fl-aqwa ta’ saħħtu.
2. Ma nistgħux ninsew li dawk kienu jiem li fihom il-pajjiż kien għadu qiegħed jirkupra mill-qatgħa li kien ħa wara l-meeting tal-Barrani. Dak li ġara f’dik it-triq kien għadu jidwi mal-poplu kollu. In-nies twajba kienu għadhom inkwetati taħt id-dell ta’ traġedja nazzjonali – oħrajn fuq in-naħa l-oħra kienu qed iħossuhom b’saħħithom, mimlijin bl-arja li s-saħħa tal-vjolenza tirbaħ fuq kull forza ta’ raġuni. Kienu jiem meta f’dik it-triq kien għad hemm fl-arja r-riħa tqila tal-gass tad-dmugħ, imħallta b’dik ta’ vetturi maħruqa u abbandunati fit-triq. Riħa li kienet għadha ddur b’saħħa qawwija, anke mal-irħula tal-madwar, ġewwa l-qalba tal-Gudja. Kull min għadda l-għada, il-pitgħada, kien jaf li kien għaddej minn ċimiterju fejn il-Partit Laburista ta’ dak iż-żmien kien ipprova jidfen id-demokrazija. Il-vetturi tan-nies kienu tkissru, tfarrku u inħarqu. L-art tat-triq kienet hija wkoll inħarqet u baqgħet hekk għal ħafna żmien rikordju ta’ kull jum għal dawk li kienu jafu x’ġara hemm.
3. Ma nistgħux ninsew l-arja li biha dawk tal-qalba tal-Partit Laburista kienu jittrattaw lill-bqija tal-poplu. Kienu rikbu fuq ras kulħadd. Kienu jiddettaw x’għandu jsir u min għandu jinqeda u fuq x’hiex. Bnedmin li ntilfu fl-arroganza, f’aġir xejn tajjeb li fih oħrajn kienu jbatu. Din il-mentalità u kulturam, li ħadet iktar saħħa f’dawk il-jiem, kienet ilha ġejja s-snin. Il-poter assolut, dak li wassalhom għalih kien nibet u ssaħħaħ fis-snin, mhux fil-jiem. Kienu dawn it-talin mimlijin bl-arja li ħassew li f’Tal-Barrani kienu rebħu l-ġlieda, li n-Nazzjonalisti kienu tilfu u għalhekk ma kien hemm xejn li jista’, b’xi mod, ineħħihom mill-poter u ntilfu f’kunfidenza żejda. Diġà hija serja li jkollok arma tan-nar semi-awtomatika f’idejk, f’vettura ddur it-toroq biha, aħseb u ara li tasal li tużaha fuq il-bnedmin biex tkompli tbeżża’, biex tkompli turi s-supremazija tiegħek fuq in-Nazzjonalisti.
4. Ma nistgħux ninsew lil dak iż-żagħżugħ ġentili, umli, mimli saħħa. Ma kienx qed jisfida, ma kienx qiegħed jagħmel atti żbaljati, kien qiegħed sempliċement, b’mod onest u paċifiku, jieħu tazza birra. Dik il-balla li ħarġet minn dik l-arma wasslet għall-mewt ta’ Raymond. Ta’ dan it-tesserat li kont iltqajt miegħu fl-attivitajiet tal-partit hemmhekk fi drabi oħra. Bniedem umli, mistħi, li kien iffukat b’ruħu u b’ġismu sabiex jibni d-dar fejn kien ippropona li jmur jgħix. Dik il-balla miċidjali marret tistrieħ fil-ġisem ta’ din il-persuna. Laqtitu u qatlitu f’sekonda, mingħajr ħniena. F’daqqa kien mal-art tal-Każin tal-partit u d-demm ħaj, żagħżugħ, b’saħħtu, beda jinfirex biċċa biċċa b’mod gradwali.
5. Ma nistgħux ninsew dik ix-xena. Għadha f’moħħna, fil-memorja nġorruha magħna. Ġuvni fl-aqwa tiegħu minxur mal-art, f’għadira demm u tlett kapijiet tal-partit iħarsu lejn, ma jistgħux jemmnu. Niftakar ċar dak il-jum, meta l-għażiż missieri ġie lura d-dar. Il-wiċċ, il-ħarsa tiegħu, kienu jgħidu kollox. Kien ċar li l-vjolenza ta’ dawk il-jiem kienet żvugat f’biċċa oħra. Il-Partit Nazzjonalista kellu x’jara u x’jikkumbatti. Aġir anti-demokratiku jiġi kkuntrastat b’wieħed demokratiku. Kienu jiem iebsa ħafna għal dawk li riedu verament il-ġid lil dan il-poplu tagħna. Għal dawk li ma riedux jisfruttaw, imma li jservu sabiex terġa’ tirrenja l-paċi, sabiex il-futur jerġa’ jibda għaddej.
6. Ma nistgħux ninsew lill-għażiż Ray, li neħħewlu ħajtu balal sparati minn id omiċida ta’ bnedmin li kienu tant ħadu kunfidenza bil-pajjiż li setgħu jagħmlu li jridu. Illum, ħamsa u għoxrin sena wara, niftakar mill-ġdid il-jiem ta’ qabel, ta’ wara u l-funeral. Niftakar ukoll l-attivitajiet li seħħew wara. Niftakar dawk il-jiem, it-tensjoni kbira li kien hemm. Niftakar l-attività li konna organizzajna fil-Ħamrun, fejn fakkarnih bi slides. Dawk ir-ritratti, li kont mort qabel flimkien mas-segretarju organizzattiv Ray Cassar (li kien jafu aħjar minni) nieħdu post post biex tibqa’ memorja aktar qawwija tiegħu. Kienu jiem li ma nistgħux ninsew. Jiem li jibqgħu fil-memorja tagħna lkoll. Għalkemm għaddew ħamsa u għoxrin sena, xorta nibqgħu niftakru kif bniedem umli u twajjeb tilef ħajtu taħt il-balal tal-arroganza tal-poter.

No comments:
Post a Comment