Il-ġimgħa li għaddiet kelli l-Ambaxxatur Franċiż Daniel Rondeau fl-uffiċċju tiegħi. Il-ħatra tiegħu waslet fi tmiemha u fl-aħħar jum ta’ dan ix-xahar ser iħalli pajjiżna. Tul dawn it-tlett snin kelli l-opportunità li narah fl-azzjoni. Persuna mimlija kultura, kittieb ta’ diversi kotba mill-isbaħ li, bl-aħjar Franċiż tiegħi, ippruvajt naqra. Ħadem ħafna u ta l-kontribut sħiħ tiegħu. Permezz ta’ ħidmietu waslu hawn żewġ Ministri ħbieb tiegħi, Brice Hortefeux u Eric Besson. It-tnejn raw li l-mekkaniżmu ta’ solidarjetà jaħdem u Franza ħadet ħsieb tieħu madwar mitejn mill-immigranti irregolari f’pakkett ta’ integrazzjoni ġeneruż. L-istess, għeni sabiex immur Pariġi għal numru ta’ laqgħat dwar il-Ġustizzja, l-Intern u l-Immigrazzjoni. Sibtu mimli b’pariri, b’ħeġġa, ġenerożità u ppreparat. Pajjiżna ttrasforma ruħu għaliha bħala t-tieni patrija.
Ma hemmx dubju li serva tajjeb ħafna u ser nitilfuh minn magħna. Ċert però li ser jibqa’ jiftakarna u nibqgħu nibnu fuq dak li rnexxielu jwettaq magħna.
No comments:
Post a Comment